il-knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ kristu

10
Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu

Upload: lynch

Post on 27-Jan-2016

98 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu. “Intom il-ġisem ta’ Kristu, u kull wieħed minnkom il-membru tiegħu.” (1 Kor 12, 27). Bħala mgħammdin u allura membri tal-Knisja, aħna membri tal-ġisem ta’ Kristu . - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu

Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu

Page 2: Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu

“Intom il-ġisem ta’ Kristu, u kull wieħed minnkom il-membru tiegħu.” (1 Kor 12, 27)

Bħala mgħammdin u allura membri tal-Knisja, aħna membri tal-ġisem ta’ Kristu.

Kristu jidher u jaħdem fid-dinja llum permezz tagħna, permezz tal-Knisja li hi l-ġisem tiegħu.

Page 3: Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu

“[Kristu] hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja. Hu li hu l-bidu, il-kbir li qam mill-imwiet.” (Kol 1, 18)

Ma jistax ikollna ġisem mingħajr ras. Kristu hu r-Ras tal-Knisja – dak li jmexxiha.

Mingħajru l-Knisja mhi xejn. Il-Knisja hi Kristu u l-Insara magħqudin flimkien fl-istess ħajja.

Page 4: Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu

“Aħna wkoll, ilkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed, sew Lhud sew Griegi, sew ilsiera, sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed. (1 Kor 12, 13)

Nhar Għid il-Ħamsin, l-Ispirtu s-Santu ta r-ruħ lill-Knisja – għamilha ġisem ħaj.

Fil-Magħmudija aħna wkoll irċevejna l-Ispirtu s-Santu li jgħaqqadna ħaġa waħda flimkien.

Page 5: Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu

“Bħalma l-ġisem hu wieħed u fih ħafna membri, u l-membri kollha tal-ġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu.” (1 Kor 12, 12)

Ġaladarba aħna membri ta’ l-istess ġisem, mela allura l-għaqda ta’ bejnietna l-insara għandha tkun kbira daqskemm hi kbira l-għaqda u l-koordinazzjoni bejn il-partijiet differenti tal-ġisem tal-bniedem.

Page 6: Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu

“Bħalma aħna għandna ħafna membri f’ġisem wieħed, iżda mhux il-membri kollha għandhom l-istess xogħol... Hekk aħna għandna doni differenti skond il-grazzja li Alla tana.” (Rum 12, 4.6)

Fil-Knisja kull membru għandu ħidma differenti x’jagħmel għall-ġid tal-Knisja sħiħa, bħalma fil-ġisem kull parti għandha funzjoni importanti għall-ġid tal-ġisem sħiħ.

Page 7: Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu

“L-għajn ma tistax tgħid lill-id: ‘Jien m’għandix bżonnok,’ anqas ir-ras ma tgħid lis-saqajn: ‘M’għandix bżonnkom.’ ... B’hekk ma jkunx hemm firda fil-ġisem , imma l-membri kollha jaħsbu f’xulxin. Jekk membru jbati, ibatu lkoll miegħu; jekk membru jingħata ġieh, jifirħu lkoll miegħu.” (1 Kor 12, 21.25-26)

Kull membru fil-Knisja hu importanti. Kull ma nagħmlu u ngħaddu minnu jaffettwa lill-Knisja kollha.

Kull ħidma differenti fil-Knisja hi importanti u neċessarja.

Page 8: Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu

Ħidmiet differenti fil-Knisja

Ilkoll Insara bil-Magħmudija

L-Insara ordnati jew Reliġjużi

Il-kleru (Papa, isqfijiet, saċerdoti, djakni)

Ir-Reliġjużi (patrijiet, sorijiet, brothers)

Il-lajċi Nsara

Ġenituri, katekisti, għalliema, tobba, ġurnalisti, politiċi, ...

Il-lajċi Nsara huma l-imgħammdin kollha ħlief dawk li ġew ordnati bħala membri tal-kleru u dawk li saru membri ta’ Ordni Reliġjuż approvat. Huma msejħa sabiex ikunu xhieda ta’ Kristu fil-postijiet differenti li jkunu fihom (id-dar, ix-xogħol, divertiment, eċċ.

Page 10: Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu

Il-Ħidma ta’ Ġesù

Fil-Palestina 2000 sena ilu Fid-dinja llum

Jgħallem

Ifejjaq

Isalvana mid-dnubJgħaqqadna m’Alla