il- k il-qari

2
Il-Qari Kien hemm raġel jgħix il-Mellieħa, Kellu rasu qisha tuffieħa; Kien spiss isqqiha Ħafn’ilma jisqiha U rasu kibritlu bettieħa Kien hemm raġel ġo Wied il-Għajn li spiċċa midfun ġewwa t-tajn; ġabulu krejn kbir, tellgħuh minn ġo bir, ħalla warajh l-idejn u s-saqajn. Tassew għamel l-ikbar paprata, iżżewweġ u għex mal-kunjata; “Lil marti ħabbejt u b’ommha twikkejt u b’hekk għamilt l-ikbar ċuċata” Kien hemm ġewwa dar ġo Ta’ Qali, qattus li tassew kien speċjali. Kien jibża’ mill-ġrieden, isaffar bħall-vrieden U jilbes l-arloġġ u n-nuċċali. K Il- Kien hemm darba raġel Tas-Sliema li tella’ fuq rasu ħamiema; kif tagħmel ferħana tal-bejta fis-sħana ħammġitlu fuq rasu l-ħamiema. Ħabib tiegħi jismu Redent, minn pulizija sar surġent; kien wieħed tal-klikka, biex jilħaq jispikka, minn surġent sar supretendent. Darba raġel rikeb ħmar biex imur ibigħ il-fuħħar; il-ħmar beda joqmos waqt li hu kien qed jongħos u l-fuħħar kollu bċejjeċ sar. Il-Limerikk huwa poeżija ċajtiera magħmula minn ħames versi brima AABBA.

Upload: others

Post on 16-Nov-2021

6 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Il-Qari

Kien hemm raġel jgħix il-Mellieħa,

Kellu rasu qisha tuffieħa;

Kien spiss isqqiha

Ħafn’ilma jisqiha

U rasu kibritlu bettieħa

Kien hemm raġel ġo Wied il-Għajn

li spiċċa midfun ġewwa t-tajn;

ġabulu krejn kbir,

tellgħuh minn ġo bir,

ħalla warajh l-idejn u s-saqajn.

Tassew għamel l-ikbar paprata,

iżżewweġ u għex mal-kunjata;

“Lil marti ħabbejt

u b’ommha twikkejt

u b’hekk għamilt l-ikbar ċuċata”

Kien hemm ġewwa dar ġo Ta’ Qali,

qattus li tassew kien speċjali.

Kien jibża’ mill-ġrieden,

isaffar bħall-vrieden

U jilbes l-arloġġ u n-nuċċali.

K Il-

Kien hemm darba raġel Tas-Sliema

li tella’ fuq rasu ħamiema;

kif tagħmel ferħana

tal-bejta fis-sħana

ħammġitlu fuq rasu l-ħamiema.

Ħabib tiegħi jismu Redent,

minn pulizija sar surġent;

kien wieħed tal-klikka,

biex jilħaq jispikka,

minn surġent sar supretendent.

Darba raġel rikeb ħmar

biex imur ibigħ il-fuħħar;

il-ħmar beda joqmos

waqt li hu kien qed jongħos

u l-fuħħar kollu bċejjeċ sar.

Il-Limerikk huwa poeżija ċajtiera magħmula minn ħames versi

b’rima AABBA.

Kemm-il strofa fih limerikk?

Minn kemm-il vers hu magħmul limerikk?

X’tip ta’ poeżija hu l-limerikk?

Ikteb xi kliem li jirrima:

X’tip ta’ rima jkollu l-limerikk?

Ikteb Limerikki:

_______________________________________________

_______________________________________________

_______________________________

_______________________________

_______________________________________________