il-Ħajja ta’ mikiel anton vassalli
DESCRIPTION
Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli. Min kien Mikiel Anton Vassalli?. Missier l-Ilsien Malti Il-mudell ta’ kif wieħed ikun Malti tajjeb Kittieb u Lingwista Ħassieb u Riformatur Ribell u Studjuż Rivoluzzjonarju. It-tfulija ta’ Vassalli. Twieled Ħaż-Żebbuġ fil-5 ta’ Marzu 1764 - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
![Page 1: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/1.jpg)
Il-Ħajja ta’ Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton VassalliMikiel Anton Vassalli
![Page 2: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/2.jpg)
Min kien Mikiel Anton Vassalli?
• Missier l-Ilsien Malti• Il-mudell ta’ kif wieħed ikun Malti tajjeb• Kittieb u Lingwista• Ħassieb u Riformatur• Ribell u Studjuż• Rivoluzzjonarju
![Page 3: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/3.jpg)
It-tfulija ta’ Vassalli
• Twieled Ħaż-Żebbuġ fil-5 ta’ Marzu 1764
• Meta kien għad għandu sentejn, missieru miet fl-għomor ta’ 32 sena
![Page 4: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/4.jpg)
Iż-żgħożija ta’ Vassalli
• Fl-1845 ngħata premju mill-iskola tal-Għarbi, il-Belt
• Kien jemmen li l-Maltin għandhom “iwarrbu d-dalma tal-injoranza, ikissru l-ktajjen ta’ fehmiet imqarrqa u ta' deni”
• Kompla l-istudji tiegħu f’Ruma fejn tħarreġ tajjeb fil-Latin u t-Taljan iżda l-iktar fl-ilsna Semitiċi, u ma damx ma sar professur tagħhom
![Page 5: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/5.jpg)
Iż-żgħożija ta’ Vassalli
• Dan il-fatt għenu biex jagħraf il-bixra vera tal-ilsien Malti li dak iż-żmien kien imwarrab sew mill-poplu tiegħu stess
![Page 6: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/6.jpg)
Iż-żgħożija ta’ Vassalli
• Ħa sehem fit-tkeċċija tal-Kavallieri minn Malta, favur il-ħakma Franċiża
• Għalhekk intbagħat il-ħabs mill-Kavallieri fil-forti Rikażli, fejn dam sentejn sakemm inħeles minn Napuljun
![Page 7: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/7.jpg)
• Meta l-Ingliżi waslu Malta tefgħu lil Vassalli mill-ġdid fil-ħabs “fuq suspett li hu miftiehem mal-għedewwa”
• Qatta’ sena fil-qorti tal-Imdina sakemm marad
Iż-żgħożija ta’ Vassalli
![Page 8: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/8.jpg)
Iż-żgħożija ta’ Vassalli
• Xahar wara eżiljawh fi Franza għal dejjem bħala ‘ġakbin’
• Iżda għoxrin sena wara, fl-1820, wasal lura Malta, għajjien u nieqes minn mezzi ta’ għajxien għalih u għal uliedu
![Page 9: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/9.jpg)
Lura Malta minn Franza
• Meta ġie Malta minn Franza kien fqir u miżżewweġ Maltija, b’erba’ ulied.
• Beda jgħallem ukoll il-Franċiż
• Beda jikkollabora mal-Protestanti fil-qlib tal-Kotba Mqaddsa
![Page 10: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/10.jpg)
• Il-kotba li bdew joħorġu l-Protestanti kienu bil-Malti, l-Ingliż u t-Taljan
• Bis-saħħa tal-President tal-Kunsill tal-Università, sar l-ewwel professur tal-Malti fl-Università
• Imma Vassalli xorta baqa’ mċaħħad mit-twettiq ta’ għanijietu li jistampa l-kotba tiegħu
Lura Malta minn Franza
![Page 11: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/11.jpg)
Lura Malta minn Franza
• Vassalli sab għajnuna mingħand iċ-Church Missionary Society li kienet knisja Protestanta u li kienet waqqfet ċentru f’Malta mnejn tqassam il-Bibbja fi lsien il-poplu.
• Vassalli ġie fdat bit-traduzzjoni tal-Vanġeli, bil-wegħda li jistampawlu wkoll il-grammatika riveduta tiegħu tal-Malti
![Page 12: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/12.jpg)
Lura Malta minn Franza
• L-għan tat-traduzzjoni tiegħu tal-Vanġeli ma kienx reliġjuż iżda biex il-Maltin isiru midħla tal-Malti
• Iżda meta miet fit-12 ta’ Jannar 1828, il-Kappillan ma riedx jagħtih difna Kattolika minħabba l-kollaborazzjoni tiegħu mal-Protestanti - għalkemm Vassalli qatt ma sar membru magħhom
![Page 13: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/13.jpg)
• Billi ħbiebu l-Protestanti ma xtaqux li l-katavru tiegħu jindifen f’post imwarrab, difnuh f’wieħed miċ-ċimiterji tal-Ingliżi
Lura Malta minn Franza
Iċ-ċimiterju tal-Imsida
![Page 14: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/14.jpg)
Vassalli u l-Ilsien Malti
• Ried li l-Maltin ma jibqgħux injoranti
• Għall-ewwel, Vassalli beda jiġbor il-qwiel Maltin biex joħroġ minnhom l-għerf mhux miktub ta’ missirijietna
![Page 15: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/15.jpg)
• “Il-lingwa hi strettament marbuta mal-istorja tal-bnedmin li jitkellmuha”
• Kien kontra n-nies tal-bliet li kienu jqisu l-kliem barrani isbaħ mill-Malti
Vassalli u l-Ilsien Malti
![Page 16: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/16.jpg)
Vassalli u l-Ilsien Malti
• Ried dinjità u attenzjoni lill-wirt qadim iżda mwarrab bħalma kien l-għana
• Fost il-kitbiet tiegħu nsibu l-Alfabett Malti mfisser bil-Malti u bit-Taljan
• Vassalli kiteb ukoll l-ewwel dizzjunarju Malti – Lexicon li kien ippubblikat fl-1796. Kull kelma kienet spjegata bil-Latin u bit-Taljan
![Page 17: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/17.jpg)
![Page 18: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/18.jpg)
Vassalli u l-Ilsien Malti
• Għal Vassalli, l-unika soluzzjoni kienet l-edukazzjoni, speċjalment it-tagħlim tal-qari u tal-kitba
• Vassalli ried li l-edukazzjoni tkun dritt għat-tfal, bla ħlas
![Page 19: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/19.jpg)
• Kien tal-fehma li l-livell tal-edukazzjoni jikber jekk l-għalliema jispjegaw bi lsien pajjiżhom, jiġifieri bl-ilsien Malti
Vassalli u l-Ilsien Malti
![Page 20: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/20.jpg)
• Il-monument ta’ Vassalli jinsab int u dieħel Ħaż-Żebbuġ
• Kull Malti ta’ min jammira l-kapaċità u l-impenn personali ta’ Vassalli b’risq l-ilsien Malti
Il-monument ta’ Vassalli
![Page 21: Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli](https://reader030.vdocuments.site/reader030/viewer/2022033004/56815dfd550346895dcc39ac/html5/thumbnails/21.jpg)
TMIEMMelanie Gauci, Steven Mifsud u Yanica VassalloMelanie Gauci, Steven Mifsud u Yanica Vassallo
20112011