id- sena ir-reliĠjon il-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7....

12
Ir-Reliġjon Id-Disa’ Sena 2017 Paġna 1 minn 12 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali 2017 ID-DISA’ SENA IR-RELIĠJON IL-ĦIN: Siegħa u nofs L-Isem: _____________________________________ Il-Klassi: ______________ Din il-karta tal-eżami fiha SITT taqsimiet. Aqra sewwa l-istruzzjonijiet fit-titlu ta’ kull eżerċizzju. Wieġeb il-mistoqsijiet KOLLHA. ________________________________________________________________________________ Għall-użu tal-għalliema Taqsima A Taqsima B Taqsima C Taqsima D Taqsima E Taqsima F Total 20 19 17 18 14 12 100

Upload: others

Post on 12-Aug-2020

5 views

Category:

Documents

0 download

TRANSCRIPT

Page 1: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 1 minn 12

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali 2017

ID-DISA’ SENA IR-RELIĠJON IL-ĦIN: Siegħa u nofs

L-Isem: _____________________________________ Il-Klassi: ______________

Din il-karta tal-eżami fiha SITT taqsimiet.

Aqra sewwa l-istruzzjonijiet fit-titlu ta’ kull eżerċizzju.

Wieġeb il-mistoqsijiet KOLLHA. ________________________________________________________________________________

Għall-użu tal-għalliema

Taqsima

A

Taqsima

B

Taqsima

C

Taqsima

D

Taqsima

E

Taqsima

F

Total

20

19

17

18

14

12

100

Page 2: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Paġna 2 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017

TAQSIMA A (20 marka)

L-AWTENTIĊITÀ

Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. (4 marki)

1. Tkun oriġinali tfisser li tkun (twajjeb, kopja, awtentiku).

2. (Alla, Ġesù, L-Ispirtu s-Santu) huwa bħal skultur li jnaqqax lill-bniedem minn biċċa

rħama li għandu quddiemu.

3. Santa Klara u (San Girgor, San Franġisk, San Gejtanu) huma żewġ qaddisin li kienu ħbieb

ta’ xulxin.

4. Wieħed jilbes maskra meta (jgħid il-verità, jigdeb, jitlob).

Qabbel Kolonna A ma’ Kolonna B billi tikteb in-numri minn 6 sa 9 fil-kolonna l-vojta.

In-numru 5 hija eżempju. (4 marki)

Kolonna A Kolonna B

5. Il-Fariżej kien missier Ġakobb u Għesaw.

6. Nikodemu kien ħabib kbir ta’ David.

7. Iżakk ltaqa’ ma’ Ġesù billejl biex ikellmu b’mod personali.

8. Ġonatan kiteb l-innu tal-imħabba.

9. San Pawl 5 kienu msejħin ‘oqbra mbajda’ minn Ġesù.

Page 3: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 3 minn 12

Ġakobb u Għesaw.

Imla l-vojt billi tkompli l-kelma. L-ewwel ittra qed tingħata. (2 marki)

10. F’dak iż-żmien it-tifel il-k__________________ kellu dritt għall-primoġenitura.

11. Il-primoġenitura kienet tagħti d-dritt għall-b____________________ tal-missier

tal-familja.

Wieġeb għal dan li ġej:

12. a. Min seraq il-barka tal-missier: Ġakobb jew Għesaw?

_________________________________________________________________ (marka)

b. Spjega kif irnexxielu jagħmel dan.

________________________________________________________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

13. Ħafna drabi, aħna wkoll nuru nuqqas ta’ rispett lejn min jieħu ħsiebna. Permezz ta’ żewġ

eżempji mill-ħajja ta’ kuljum, uri kif int tista’ turi tassew imħabba sinċiera lejn dawn

in-nies.

a. ________________________________________________________________(marka)

b. ________________________________________________________________(marka)

Page 4: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Paġna 4 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017

Ġesù wera ħbiberija sinċiera ma’ kulħadd.

14. Min kienu l-ħbieb ta’ Ġesù f’din id-dinja?

__________________________________________________________________(marka)

15. Agħti eżempju ta’ kif Ġesù ġab ruħu bħala ħabib sinċier ma’ sħabu.

__________________________________________________________________(marka)

16. Fuq il-mezzi soċjali jista’ jkollok diversi persuni bħala ħbieb.

a. Semmi karatteristika ta’ ħbiberija vera.

_________________________________________________________________(marka)

b. Spjega għaliex il-ħbieb fuq il-mezzi soċjali mhux dejjem huma ħbieb ta’ veru.

________________________________________________________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

TAQSIMA B (19-il marka)

BNIEDEM SĦIĦ

Imla l-vojt bil-kliem mogħti. (4 marki)

tajjeb Alla Ġesù lill-bniedem

1. ______________________ħalaq kollox _____________________ .

2. Alla żejjen lill- ____________________ bi kwalitajiet tajbin li jagħmluh jixbah lilu.

3. _________________ wera lid-dinja kif għandna nħobbu lil xulxin.

Page 5: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 5 minn 12

Qabbel Kolonna A ma’ Kolonna B billi tikteb in-numri 4 sa 8 fil-kaxxi vojta tan-nofs.

(5 marki)

Kolonna A Kolonna B

4. L-imħabba L-abilità li żżomm bilanċ f’dak li tagħmel.

5. L-għaqal Il-kapaċità li tagħraf it-talenti tiegħek bla ma tikber fuq

l-oħrajn.

6. L-umiltà L-abilità li tibqa’ temmen, tagħder u tirrispetta minkejja

d-diffikultajiet li jittantawk biex tieqaf.

7. Il-qjies Il-ħila li tagħraf x’inhu l-veru ġid u tagħżel mezzi ġusti

biex tikseb dan il-ġid.

8. Il-paċenzja Il-kapaċità li tħares lejn il-ġid tal-oħrajn qabel l-interessi

tiegħek.

Il-bnedmin ġew maħluqin biex jgħixu flimkien f’għaqda ta’ mħabba.

Imla l-vojt billi tkompli l-kelma. L-ewwel ittra qed tingħata. (2 marki)

9. Skont Henri J.M. Nouwen, il-vera s_______________ hija meta l-bniedem iħossu iżolat u

mwarrab mill-o______________.

Wieġeb.

10. Xi drabi jkun hemm bżonn li ngħaddu xi żmien waħidna. Spjega għaliex din mhix ħaġa

negattiva.

________________________________________________________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

Page 6: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Paġna 6 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017

Il-Fariżej ħadu mara midinba quddiem Ġesù u qalulu, “Din il-mara inqabdet tiżni

fil-fatt.”

Wieġeb.

11. X’kien id-dnub ta’ din il-mara?

__________________________________________________________________(marka)

12. Skont il-liġi ta’ Mosè, x’kastig kellu jingħata lil din il-mara?

__________________________________________________________________(marka)

Kompli dawn is-sentenzi. (4 marki)

13. Ġesù ħafrilha u____________________________________________________________

________________________________________________________________________.

14. Min din il-ġrajja nitgħallmu _________________________________________________

________________________________________________________________________.

Page 7: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 7 minn 12

TAQSIMA C (17-il marka)

RELAZZJONIJIET

Imla l-vojt billi tkompli l-kelma. L-ewwel ittra qed tingħata. (4 marki)

1. San P______________ jgħidilna li ġewwa fina jgħammar l-Ispirtu s-Santu.

2. Irridu nieħdu ħsieb kemm il-ġisem kif ukoll ir-r______________ tagħna.

3. Irridu niskopru u nħaddmu t-t______________ u l-kapaċitajiet li Alla poġġa ġewwa fina.

4. Irridu nirbħu t-t_______________ u nagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin.

Wieġeb. (3 marki)

5. Agħti eżempju ta’ kif nistgħu nieħdu ħsieb tagħna nfusna:

a. fiżikament:____________________________________________________________

_____________________________________________________________________

b. mentalment:___________________________________________________________

_____________________________________________________________________

c. spiritwalment:__________________________________________________________

____________________________________________________________________

Kompli dawn li ġejjin: (4 marki)

6. Nibżgħu għall-ġisem tagħna billi nħarsuh_______________________________________

________________________________________________________________________

7. Il-kuxjenza hija ___________________________________________________________

________________________________________________________________________

Page 8: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Paġna 8 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017

Luke kien ilu ħafna jixtieq joħroġ ma’ Sarah. Madwar ġimagħtejn ilu, għamel il-kuraġġ

u staqsa lil Sarah. Sarah aċċettat mal-ewwel għaliex anke hi xtaqet toħroġ miegħu.

8. X’parir tagħti lil Luke u Sarah dwar kif għandhom jibnu r-relazzjoni tagħhom?

________________________________________________________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

9. Xi jfisser iż-żwieġ, skont il-Knisja?

________________________________________________________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

10. L-Insara kif għandhom iħarsu lejn d-dinjità ta’ kull bniedem?

_________________________________________________________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

TAQSIMA D (18-il marka)

X’JAGĦMILNI NISRANI?

Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. (2 marki)

1. Il-Papa Ġwanni 23 sejjaħ il-Konċilju (Vatikan l-Ewwel,

Vatikan it-Tieni, ta’ Trentu).

2. Dan il-konċilju jurina li l-attitudni tal-Knisja u tan-Nisrani fid-dinja

tal-lum għandha tkun waħda ta’ (konfront, djalogu, kundanna).

Imla l-vojt billi tkompli l-kelma. L-ewwel ittra qed tingħata. (3 marki)

3. Fl-Evanġelju ta’ San Mattew insibu d-Diskors tal-M____________________.

4. F’dan id-diskors, Ġesù jitkellem fuq il-liġi l-ġ____________________.

5. Il-b___________________ huma tmienja u jfasslu l-identità Nisranija.

Page 9: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 9 minn 12

Qabbel Kolonna A ma’ Kolonna B billi tikteb in-numri 6 sa 9 fil-kaxxi l-vojta tan-nofs.

(4 marki)

Kolonna A Kolonna B

6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena.

7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

8. Ħenjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jkunu mfarrġa.

9. Ħenjin dawk li jħennu, għax huma jissejħu wlied Alla.

Iż-żminijiet li qed ngħixu fihom huma ftit diffiċli għal min tassew irid jgħix it-tagħlim

ta’ Ġesù. In-Nisrani ħafna drabi jrid jaqdef kontra l-kurrent ta’ dak li tippreżentalu

s-soċjetà. Ġesù jitlobna biex inkunu “il-melħ tal-art” u “id-dawl tad-dinja”.

10. Agħti eżempju wieħed, mill-ħajja tal-lum, li jmur kontra t-tagħlim Nisrani.

__________________________________________________________________(marka)

11. X’ried ifisser Ġesù meta qalilna biex inkunu:

(a) “il-melħ tal-art”

___________________________________________________________________________

___________________________________________________________________(2 marki)

(b) “id-dawl tad-dinja”

___________________________________________________________________________

___________________________________________________________________(2 marki)

Fit-Testment il-Qadim, il-poplu Lhudi kellu ħafna mexxejja.

12. Semmi tnejn mill-mexxejja li kellhom il-Lhud.

a. _______________________________________________________________(marka)

b. _______________________________________________________________(marka)

Page 10: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Paġna 10 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017

13. Ikteb żewġ karatteristiċi ta’ mexxej tajjeb, kif kien Ġesù.

a. ______________________________________________________________ (marka)

b. ______________________________________________________________ (marka)

TAQSIMA E (14-il marka)

IT-TAJJEB vs IL-ĦAŻIN

Imla l-vojt billi tkompli l-kelma. L-ewwel ittra qed tingħata. (4 marki)

1. L-ewwel rakkont tal-Ġenesi huwa miktub f’forma ta’ i______________.

2. Fis-s______________ jum, l-awtur jiddeskrivi l-ħolqien

tal-bniedem.

3. L-awtur jgħidilna: “U ħares Alla lejn kulma kien għamel.

U ara, kollox kien t_______________ ħafna.”

4. Ir-rakkont tal-waqgħa fid-dnub tal-ewwel bnedmin huwa

ppreżentat bħala parabbola s______________.

Wieġeb.

5. Mir-rakkont tal-ħolqien li nsibu fil-Bibbja, agħti żewġ raġunijiet għaliex il-bniedem huwa

l-quċċata tal-ħolqien.

a. _______________________________________________________________(marka)

b. _______________________________________________________________(marka)

6. X’konsegwenzi jġib il-bniedem meta jieħu post Alla?

________________________________________________________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

Page 11: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 11 minn 12

Kompli dawn is-sentenzi.

7. Meta nibni ħajti fuq ir-ramel _________________________________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

8. Jekk nibni ħajti fuq il-blat ___________________________________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

9. Nista’ nġib il-ferħ f’ħajti u f’dawk ta’ madwari meta _____________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

TAQSIMA F (12-il marka)

PARTI MINN DINJA AKBAR MINNI

Ir-reliġjon u l-kultura Kristjana Kattolika sawru l-identità ta’

ġensna u ta’ gżiritna.

1. Kif bdiet ir-reliġjon Nisranija f’pajjiżna?

_________________________________________________________________(2 marki)

2. Xi tfisser il-kelma:

(a) Kristjani _______________________________________________________(marka)

(b) Kattolika ______________________________________________________ (marka)

3. Semmi firda kbira li seħħet fl-istorja tal-Kristjaneżmu.

________________________________________________________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

4. X’inhu l-iskop tal-Moviment Ekumeniku?

________________________________________________________________________

_________________________________________________________________(2 marki)

Page 12: ID- SENA IR-RELIĠJON IL-€¦ · 6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena. 7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. 8. Ħenjin dawk li

Paġna 12 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017

5. “Kienu ħafna ċ-ċirkostanzi fejn ir-reliġjon serviet ta’ firda bejn il-popli u l-ġnus.”

F’madwar 80 kelma ikteb dwar żewġ ideat ta’ kieku inti x’tagħmel biex tgħaqqad

ir-reliġjonijiet tad-dinja.

_________________________________________________________________(4 marki)

TMIEM IL-KARTA