Download - L-Imdina - belt siekta
Maħdum u ppreżentat mill-klassi
tal-Ħames sena tal-iskola tal-
Baħrija li se joħdukom dawra mal-
belt tal-Imdina.
L-Imdina
nsejħulha l-Belt
Kapitali l-Qadima
ta’ Malta għaliex
inbniet ħafna snin
ilu, wisq qabel
mal-kavallieri
bnew il-Belt
Valletta.
Aktarx kienu r-Rumani, li waqt il-ħakma
tagħhom f’Malta, bnew belt fuq għolja sabiex
ikunu jistgħu jaraw l-għadu ġej mill-bogħod u
jkunu jistgħu jiddefendu aħjar lil din il-belt.
Kienu l-Għarab li
ċekknu lil din il-
belt u tawha l-
isem ta’ Mdina.
L-Imdina hija mdawra bis-swar għoljin għax fiż-
żmien ta’ ġlied, in-nies kienu jiġu mill-irħula,
jidħlu fil-belt u jingħalqu wara s-swar.
Fid-daħla prinċipali
tal-Imdina, insibu l-
Main Gate. Dan il-
bieb għandu kitba li
turina meta ġew
irrestawrati l-ħitan ta’
din il-belt, kif ukoll l-
arma tal-Gran Mastru
Manoel de Vilhena.
Fuq ġewwa tal-bieb hemm il-figuri ta’ San Pawl,
San Publiju u Sant’ Agata li huma l-protetturi
tal-Imdina u qaddisin patruni ta’ Malta.
Fid-daħla tal-Imdina nsibu l-Palazz de
Vilhena li huwa palazz maġistrali li nbena
fl-1730 mill-Gran Mastru de Vilhena. Illum
dan huwa l-Mużew tal-Istorja Naturali.
Fuq in-naħa l-oħra tal-
Palazz de Vilhena nsibu t-
Torri tal-Istandard li
qabel kien jintuża mill-
gwardjani tal-belt biex
iżommu l-ordni. Illum dan
it-torri qiegħed jintuża
bħala Uffiċċju
Informazzjoni għat-turisti.
Kif nidħlu fi triq
Villegaignon insibu l-
kappella ta’ Sant’Agata.
Jingħad li meta t-Torok
attakkaw lil Malta fl-1551,
din il-qaddisa dehret lil soru
f’ħolma u qaltilha li jekk
joħorġu l-istatwa tagħha
fuq is-swar, il-Maltin
isalvaw. Hekk kien ġara.
Fl-istess triq, insibu wkoll bini ieħor importanti
fosthom Casa Inguanez (palazz tas-seklu 14),
il-Kunvent tas-Sorijiet tal-klawsura tal-
Benedittini u l-Banca Giuratale li fih l-Arkivji
Nazzjonali tad-dokumenti storiċi ta’ pajjiżna.
Casa InguanezKunvent tas-
sorijiet
Banca Giuratale
Kif naslu f’nofs triq Villegaignon nieqfu biex
nitpaxxew bil-ġmiel tal-pjazza tal-Katidral. Wara
t-terremot din il-pjazza saret ħerba, imma meta
reġa’ nbena l-katidral, il-pjazza twessgħet u
tela’ dak il-bini sabiħ li qed naraw illum.
Il-katidral tal-Imdina huwa
mibni fuq il-post fejn qabel
kien hemm il-palazz tal-
gvernatur Publiju meta ġie
San Pawl Malta. Għalhekk
kif inhu xieraq, il-katidral
hu ddedikat lill-konverżjoni
ta`San Pawl u nbena fuq
id-disinn tal-perit Lorenzo
Gafà.
Il-Katidral hu magħruf għall-ġmiel tiegħu
speċjalment għall-koppla maestuża. Ġo fih
jinsabu midfuna ħafna nies nobbli u monsinjuri
tal-Katidral.
Maġenb il-Katidral insibu l-Palazz tal-Isqof u l-
Mużew tal-Katidral li huwa wieħed mill-aqwa
mużewijiet tal-knejjes li nsibu fl-Ewropa.
Palazz tal-Isqof
Mużew tal-Katidral
Lura fi triq Villegaignon insibu Palazzo
Falson, magħruf ukoll bħala d-Dar Normanna.
Hawnhekk il-Gran Mastru l`Isle Adam ġie
milqugħ meta żar l-Imdina fl-1530. Illum huwa
mużew li fih insibu kollezzjoni interessanti u
unika ta` tpinġijiet, għamara u fidda antika.
Faċċata tad-Dar Normanna nsibu l-Knisja ddedikata
lill-Madonna tal-Karmnu. Din il-knisja hija magħrufa
għall-irvell kontra l-Franċiżi li riedu jisirqu t-
tapezzerija u oġġetti sagri oħra minn din il-knisja.
Hekk kif tasal fuq is-sur tal-Imdina tara
waħda mill-isbaħ veduti ta’ Malta.
L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-
Siekta minħabba l-kwiet li hemm fiha. Fl-
Imdina hemm ħafna toroq dojoq u mserpin.
Dan sabiex kien ikun aktar diffiċli għall-
għadu biex jattakkaw.
Insibu żewġ bibien oħra li
minnhom tista’ tidħol fl-
Imdina. Wieħed mill-bibien
jissejjaħ Bieb il-Griegi għax
probabbli kien taħt il-ħakma
ta’ xi Griegi li kienu jgħixu
f’dik il-parti tal-Imdina.
Il-bieb l-ieħor huwa bieb
sekondarju li qiegħed fil-ġenb
ta’ din il-belt.
L-Imdina tissejjaħ ukoll Città Notabile, titlu li
ngħata lilha mir-Re Alfonsu V wara r-
rewwixta kontra Monroy. L-Imdina llum hija
waħda mill-attrazjonijiet ewlenin għat-turisti
kif ukoll għall-Maltin.
Veru jew Falz?
1. L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-Siekta?
2. Il-patruni tal-Imdina huma San Ġwann, San Martin u Santa Marija.
3. L-Imdina bnewha l-Ispanjoli.
4. L-Imdina qegħda fuq għolja.
5. L-Għarab ċekknu l-Imdina.
6. L-Imdina għandha ħames bibien.
7. Fl-Imdina hemm aktar minn knisja waħda.
8. Fil-post fejn hemm il-Katridal illum, kien hemm il-palazz tal-gvernatur Publiju.
2. Fl-Imdina hemm toroq ( dojoq,
dritti, wisgħin).
3. Il-katidral inbena wara (t-terremot, t-
tieni gwerra dinjija, l-ewwel gwerra
dinjija).
Liema hi t-tajba?
1. L-Imdina hija mdawra bis- (swar,
siġar, slielem).
6. L-Imdina tissejjaħ ukoll Città (Notabile,
Suprema, Serja).
5. Illum il-palazz de Vilhena huwa l-mużew
(tal-katidral, tal-Istorja Naturali, tal-
Isqof)
4. L-Imdina tissejjaħ il-Belt is-Siekta għax
ma jgħaddux ħafna (żwiemel, għasafar,
karozzi).
Irranġa dawn is-sentenzi.
1. tinsab L-Imdina għolja fuq
1. L-Imdina tinsab fuq għolja.
2. tal-Imdina Il-patruni San PawlSant’Agata huma San Publiju.
2. Il-patruni tal-Imdina huma San Pawl, Sant’Agata u San Publiju.
3. kienet L-Imdina milli hiakbar illum.
3. L-Imdina kienet akbar milli hi illum.
4. Publiju Il-katidral flokinbena il-palazz ta’
4. Il-Katidral inbena flok il-palazz ta’ Publiju.
5. saħħew L-Għarab bis-swarl-Imdina
5. L-Għarab saħħew l-Imdina bis-swar.
Ħadu sehem f’dan il-proġett:
Kulleġġ: San Nikola
Skola: Baħrija
Klassi: Il-Ħames Sena
Għalliema: Ms. M. Muscat
LSA: Ms. R. Pisani
Tfal: Ayrton, Geert, Jake, Tyrone
Casey, Charmaine, Cheyenne, Lourdes, Maria