Il-Ħames Ħadd Matul is-SenaA
Qari IIfeġġ bħaż-żernieq id-dawl tiegħek.
Qari mill-Ktiebtal-Profeta Isaija.58, 7 – 10
Amatulis-sena5
Dan jgħid il-Mulej:«Mhux dan is-sawm li jiena rrid
Amatulis-sena5
«li taqsam ħobżok ma’ min hu bil-ġuħ,u ddaħħal f’darek lill-imsejken bla saqaf?
Amatulis-sena5
«Mhux li tlibbes lil min tara għarwien,u n-nies ta’ darek ma tinsihomx?
Amatulis-sena5
«Imbagħad ifeġġ bħaż-żerniq id-dawl tiegħek,u malajr tagħlaqlek il-ġerħa tiegħek.
Amatulis-sena5
«Quddiemek timxi l-ġustizzja tiegħek,u l-glorja tal-Mulej timxi warajk.
Amatulis-sena5
«Jekk biss issejjaħlu, iwieġeb il-Mulej;jekk tgħajjatlu, jgħidlek: “Hawn jien!”
Amatulis-sena5
«Jekk tneħħi minn nofsok il-moħqrija,ma tmiddx subgħek u ma tagħmilx deni bi lsienek,
Amatulis-sena5
«jekk int qalbek toħroġ għall-imġewwaħ,u xxabba’ qalb l-imnikket,
Amatulis-sena5
«imbagħad id-dawl tiegħek ifiġġ fid-dlam,u s-swied tiegħek ikun bħan-nofsinhar.»
Amatulis-sena5
Il-Kelma tal-Mulej.
℟.Irroddu ħajr lil Alla.
Amatulis-sena5
Salm111 (112), 4-5.6-7.8a.9
℟.Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin.
Amatulis-sena5
Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin;twajjeb u ħaninil-bniedem sewwa.
Amatulis-sena5
Tajjeb il-bniedem li jħenn u jislef,li jmexxi ħwejġu bir-reqqa.
Amatulis-sena5
℟.Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin.
Amatulis-sena5
Għax il-bniedem ġust qatt ma jitfixkel;għal dejjem tibqa’ t-tifkira tiegħu.
Amatulis-sena5
Xejn ma jibża’ minn aħbar ħażina;qalbu qawwija bit-tama tal-Mulej.
Amatulis-sena5
℟.Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin.
Amatulis-sena5
Qalbu qawwija, m’għandux mniex jibża’.Iqassam u jagħti lill-foqra;
Amatulis-sena5
għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu;rasu merfugħa bil-ġieħ.
Amatulis-sena5
℟.Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin.
Amatulis-sena5
Qari IIĦabbartilkom ix-xhieda ta’ Kristu msallab.
Qari mill-Ewwel Ittrata’ San Pawl Appostlulill-Korintin.2, 1-5
Amatulis-sena5
Meta jiena wasalt għandkom, ħuti, ma ġejtx inħabbrilkom il-Misteru ta’ Alla bi kliem kbir jew għaref. Amatulis-sena5
Ma ppretendejtx li kont naf xi ħaġafostkom, ħlief lil Ġesù Kristu, u lil dan imsallab.
Amatulis-sena5
Jiena ġejt għandkom dgħajjef, imbażża’ u mriegħed.
Amatulis-sena5
Il-kelma ul-predikazzjoni tiegħi ma kinux imlibbsa bil-kliem qawwi tal-għerf,
Amatulis-sena5
imma bil-wiri tal-Ispirtu u l-qawwa, sabiex il-fidi tagħkom tinbena
Amatulis-sena5
mhux fuq l-għerf tal-bniedem, imma fuq il-qawwa ta’ Alla.
Amatulis-sena5
Il-Kelma tal-Mulej.
℟.Irroddu ħajr lil Alla.
BilwieqfaAmatulis-sena5
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Hallelujah.℟.Hallelujah.
Amatulis-sena5
ara Ġw 8, 12
Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej;min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja.
Amatulis-sena5
℟.Hallelujah.
Amatulis-sena5
EvanġeljuIntom id-dawl tad-dinja.
Qari mill-Evanġeljuskont San Mattew.5, 13-16
Amatulis-sena5
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
Amatulis-sena5
«Intom il-melħ tal-art.Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma?
Amatulis-sena5
«Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba.
Amatulis-sena5
«Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt is-siegħ, iżda fuq l-imnara,
Amatulis-sena5
«u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar.
Amatulis-sena5
«Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin,
Amatulis-sena5
«biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.»
Amatulis-sena5
Il-Kelma tal-Mulej.
℟.Tifħir lilek Kristu.
Bilqiegħda
Amatulis-sena5