Download - AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA
![Page 1: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/1.jpg)
AĦNA: IL-FAMILJA
TA’ ALLA
It-2 Ħadd tal-Għid
![Page 2: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/2.jpg)
Qari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli.2, 42-47
![Page 3: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/3.jpg)
F’dak iż-żmien: Id-dixxipli kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim ta’ l-appostli u fil-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb.
![Page 4: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/4.jpg)
Waqa’ mbagħad il-biża’ fuq kulħadd għax ħafna kienu l-mirakli u s-sinjali li kienu jsiru permezz ta’ l-appostli.
![Page 5: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/5.jpg)
Dawk kollha li kienu jemmnu kienu ħaġa waħda, u kienu jaqsmu kollox
bejniethom, ibigħu ġidhom u kull ma kellhom u jqassmu d-dħul bejn
kulħadd,
skond il-
ħtieġa ta’ kull
wieħed.
![Page 6: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/6.jpg)
jaqsmu l-ħobż fi djarhom, u jissieħbu fl-ikel bi qlub
ferħana u safja;
U kuljum kienu jmorru t-Tempju flimkien,
![Page 7: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/7.jpg)
u kienu jfaħħru lil Alla, u l-poplu kollu kien iġibhom.
![Page 8: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/8.jpg)
U minn jum għal ieħor il-Mulej kien iżidilhom magħhom ’il dawk li kellhom ikunu salvi.
![Page 9: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/9.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej.Irroddu Ħajr lil Alla
![Page 10: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/10.jpg)
Faħħru lill-Mulej,
għaliex hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu
![Page 11: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/11.jpg)
Ħa jgħid Israel:It-tjieba tiegħu għal dejjem!
Ħa tgħid id-dar ta’ Aron:It-tjieba tiegħu għal dejjem!
Ħa jgħidu dawk li jibżgħu mill-Mulej:
It-tjieba tiegħu għal dejjem!
![Page 12: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/12.jpg)
Faħħru lill-Mulej,
għaliex hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu
![Page 13: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/13.jpg)
B’saħħithom kollha mbuttawni biex naqa’;
imma l-Mulej tani l-għajnuna.Il-qawwa tiegħi u l-għana
tiegħi l-Mulej,Hu s-salvazzjoni tiegħi.Għajat ta’ ferħ u rebħ
jinstema’ fl-għerejjex tat-tajbin:il-leminija tal-Mulej għamlet
ħwejjeġ ta’ ħila!
![Page 14: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/14.jpg)
Faħħru lill-Mulej,
għaliex hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu
![Page 15: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/15.jpg)
Il-ġebla li warrbu l-bennejjasaret il-ġebla tax-xewka.
Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan:
ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna.Dan hu l-jum li għamel il-Mulej:
ħa nifirħu u nithennew fih!
![Page 16: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/16.jpg)
Faħħru lill-Mulej,
għaliex hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu
![Page 17: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/17.jpg)
Qari mill-Ewwel
Ittrata’
San Pietru Appostlu.
1 Piet 1, 3-9
![Page 18: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/18.jpg)
Ikun imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, li fil-ħniena kbira tiegħu raġa’ wilidna għal tama ħajja bil-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet u għal wirt li la jitħassar, la jittabba’, u lanqas jinxef.
![Page 19: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/19.jpg)
Dan il-wirt hu merfugħ għalikom fis-sema għax intom
tinsabu taħt il-ħarsien tal-qawwa ta’ Alla
fil-fidi tagħkom li twassal għas-salvazzjoni li lesta biex tidher fl-aħħar taż-żminijiet.
![Page 20: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/20.jpg)
jeħtiġilkom titnikktu taħt ħafna provi.
Għalhekk għandkom għax tifirħu mqar jekk issa, għal ftit żmien ieħor,
![Page 21: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/21.jpg)
Bħalma d-deheb, li jintemm, jgħaddi mill-prova tan-nar, hekk tgħaddi mill-prova l-fidi tagħkom, li tiswa aktar mid-deheb,
![Page 22: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/22.jpg)
biex ikun jistħoqqilha tasal għat-tifħir,
għall-glorja, u għall-ġieħ, meta jidher Ġesù
Kristu.
![Page 23: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/23.jpg)
Lilu, għalkemmma rajtuhx, intom tħobbuh; fih, għad li issa m’intomx tarawh,
![Page 24: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/24.jpg)
intom temmnu; fih intom tifirħu
b’ferħ glorjuż, li ma jistax
jitfisser, waqt li tiksbu l-għan
tal-fidi tagħkom, li hu s-salvazzjoni tagħkom.
![Page 25: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/25.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej.Irroddu Ħajr lil Alla
![Page 26: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/26.jpg)
Hallelujah. Hallelujah.Tumas, emmint għax rajtni,
jgħid il-Mulej;henjin dawk li ma rawx u emmnu.
Hallelujah.
![Page 27: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/27.jpg)
Qari mill-
Evanġelju skond
San Ġwann.20, 19-31
![Page 28: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/28.jpg)
Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien
imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad
f’nofshom; u qalilhom: «Is-sliem
għalikom!»
![Page 29: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/29.jpg)
Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta
raw lill-Mulej.
Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: «Is-sliem
għalikom!
![Page 30: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/30.jpg)
Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat
lilkom.» Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u
qalilhom:
![Page 31: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/31.jpg)
“ «Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li
taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura,
u dawk li żżommuhomlhom ikunu
miżmuma.»
![Page 32: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/32.jpg)
Wieħed mit-Tnax, Tumas, jgħidulu it-Tewmi, ma kienxmagħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħraqalulu: «Rajnalill-Mulej.»
![Page 33: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/33.jpg)
Iżda hu qalilhom: «Jekk ma narax f’idejh
il-marka ta’ l-imsiemer u ma
nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta’ l-
imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.»
![Page 34: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/34.jpg)
Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u
Tumas magħhom. Il-bibien kienu
magħluqa, imma Ġesù daħal,
qagħad f’nofshom,
u qalilhom: «Is-sliem
għalikom!»
![Page 35: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/35.jpg)
Imbagħad qal lil Tumas: «Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla
fidi, iżda emmen.»
![Page 36: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/36.jpg)
Wieġeb Tumas u qallu: «Mulej tiegħi u Alla tiegħi!» Qallu Ġesù: «Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu.»
![Page 37: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/37.jpg)
Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel
quddiemid-dixxipli tiegħu u li m’humiex
imniżżla f’dan il-ktieb.
![Page 38: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/38.jpg)
Iżda dawn inkitbu sabiex intom temmnu liĠesù hu l-Messijal-Iben ta’ Alla, ubiex bit-twemmintagħkom ikollkomil-ħajja f’ismu.
![Page 39: AĦNA: IL-FAMILJA TA’ ALLA](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102522/56814299550346895daece64/html5/thumbnails/39.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej.Tifħir lilek Kristu