djalogi taċ ċittadini - european commission · ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-rebbiegħa...

20
Djalogi taċ-ċittadini u konsultazzjonijiet maċ-ċittadini Il-Konklużjonijiet ewle It-30 ta’ April 2019

Upload: others

Post on 11-Aug-2020

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

Djalogi taċ-ċittadini

u konsultazzjonijiet

maċ-ċittadini

Il-Konklużjonijiet ewle

It-30 ta’ April 2019

Page 2: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

Werrej

Unjoni taċ-ċittadini ......................................................................................................................................................... 4

Appell għal Ewropa prospera .................................................................................................................................... 7

1. Ewropa li tipproteġi ....................................................................................................................................... 10

2. L-indirizzar tal-migrazzjoni........................................................................................................................ 11

3. Ekonomija dinamika ..................................................................................................................................... 12

4. Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-ħarsien ambjentali .............................................................. 13

5. Ewropa tal-valuri ............................................................................................................................................ 14

6. Perspettiva għall-ġenerazzjoni żagħżugħa ....................................................................................... 15

7. Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja ......................................................................................................... 16

L-involviment taċ-ċittadini u t-tfassil tal-politika ........................................................................................ 17i

2

Page 3: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

‘“L-Ewropa hija primarjament Unjoni taċ-Ċittadini.

Huma l-qalb, ir-ruħ u l-mutur tal-proġett tagħna Jean-Claude Juncker, il-11 ta’ Diċembru 2018

Ir-rapport attwali huwa bbażat fuq kontribuzzjonijiet minn mijiet ta’ eluf ta’ ċittadini li semmgħu leħinhom permezz ta’ madwar 1,600 djalogu maċ-ċittadini u permezz tal-konsultazzjoni online dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.

Dan għandu l-għan li jinforma lir-riflessjoni tal-Mexxejja tal-EU27 fl-okkażjoni tal-laqgħa informali tagħhom f’Sibiu. Ir-rispons u l-interazzjoni maċ-ċittadini saħħew ukoll il-kontribut tal-Kummissjoni għall-Aġenda Strateġika li se tiġi adottata mill-Mexxejja f’Ġunju 2019 (L-Ewropa f’Mejju 2019: It-tħejjija għal Unjoni aktar magħquda, aktar b’saħħitha u aktar demokratika f’dinja li dejjem aktar qed issir inċerta).

3

Page 4: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

4

Unjoni taċ-ċittadini

L-impenn maċ-ċittadini u s-smigħ tal-aspettattivi, il-preokkupazzjonijiet u l-ideat tagħhom kienet parti integrali

mill-ħidma ta’ din il-Kummissjoni Ewropea sa mill-bidu nett. L-ittri ta' missjoni mibgħuta lill-Kummissarji kollha fil-

bidu tal-mandat kienu jappellaw b’mod espliċitu biex dawn ikunu "politikament attivi fl-Istati Membri u fid-djalogi

maċ-ċittadini, billi jippreżentaw u jikkomunikaw l-aġenda komuni, jagħtu widen għall-ideat u jikkollaboraw mal-

partijiet ikkonċernati”. Il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa1, ippreżentata mill-President Juncker fl-1 ta’

Marzu 2017, fetħet fażi ġdida b’sensiela ta’ għażliet mingħajr preċedent dwar kif l-Unjoni tagħna tista’ tevolvi fil-

ġejjieni, filwaqt li inkoraġġiet dibattitu madwar il-kontinent kollu.

“Din il-White Paper jenħtieġ li tagħti bidu għal dibattitu onest u estensiv maċ-ċittadini dwar kif għandha tevolvi l-Ewropa fis-snin li ġejjin. Il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri, se tospita sensiela ta’ "Dibattiti dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa" fil-Parlamenti nazzjonali, l-ibliet u r-reġjuni tal-Ewropa kollha. L-ideat u d-determinazzjoni ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ Ewropej ikunu l-katalizzatur tal-progress tagħna”.

Mill-bidu tal-Kummissjoni Juncker, saru 1,572 djalogi taċ-ċittadini 2 f’583 lokalità. Barra minn hekk, fid-9 ta’ Mejju

2018 il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni online dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, b’mistoqsijiet imfassla minn panel ta’

ċittadini li jirriflettu d-diversità fl-Ewropa.

Il-Kummissjoni Ewropea ħadet sehem f’20 dibattitu ta’ profil għoli organizzati mill-Parlament Ewropew ma’

mexxejja nazzjonali, laqgħet il-proġetti ewlenin tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni3, u

appoġġat b’mod attiv il-Konsultazzjonijiet taċ-Ċittadini li tnedew mill-Istati Membri. Dawn l-inizjattivi kollha, kif ukoll

dawk organizzati minn istituzzjonijiet politiċi oħra jew mis-soċjetà ċivili, huma kumplementari għal kollox.

Il-Kummissjoni ppreżentat rapport tal-progress dwar id-Djalogi maċ-ċittadini u l-Konsultazzjonijiet maċ-Ċittadini4

lill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2018, filwaqt li identifikat seba’ oqsma ewlenin li fihom l-Ewropej jistennew ħafna

mill-Unjoni. Għall-ewwel darba, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew laqgħu d-Djalogi u l-Konsultazzjonijiet u

fformaw rabta diretta mat-tħejjija tal-Aġenda Strateġika.

1 https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/white_paper_on_the_future_of_europe_en.pdf

2 Id-Djalogi taċ-Ċittadini huma dibattiti f’livell muniċipali. L-ewwel dibattitu sar fis-27 ta’ Settembru 2012 fil-belt portwarja Spanjola ta’

Cadiz mal-Viċi-President ta’ dak iż-żmien Viviane Reding. Minn dak iż-żmien ’l hawn ġew żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea mill-2013

’il-quddiem.

3 https://cor.europa.eu/en/engage/Pages/Reflecting-on-Europe.aspx

4 https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/eu-progress-report-consultations-111218_en.pdf

4

Page 5: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

Il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

Il-White Paper ippreżentata mill-President Juncker fl-1 ta’ Marzu 2017 ipproponiet ħames xenarji

possibbli għall-ġejjieni tal-Unjoni tagħna ta’ 27 Stati Membri. Ix-xenarji ma kinux preskrittivi,

eżawstivi jew esklużivi b’mod reċiproku, u tfasslu biex jalimentaw dibattitu estensiv.

XEN

AR

JI

Inkomplu

mexjin kif aħna

Is-Suq Uniku

biss

Min irid iżjed

jaħdem iżjed

Isir inqas, iżda

b’mod aktar

effiċjenti

Nagħmlu ħafna

iktar flimkien

X’I

NH

U I

NV

OLU

T?

L-EU27

timplimenta u

ttejjeb l-aġenda ta’

riforma attwali. Il-

prijoritajiet jiġu

aġġornati

regolarment, il-

problemi jiġu

indirizzati meta

jitfaċċaw u

leġiżlazzjoni ġdida

tiġi aġġornata kif

xieraq.

L-EU27 tillimita

ruħha biss għall-

approfondiment

tal-aspetti ewlenin

tas-suq uniku.

L-EU27 tippermetti

lill-Istati Membri

disposti li jaħdmu

aktar f’oqsma

politiċi speċifiċi.

Għalhekk, l-Istati

Membri jaqblu dwar

arranġamenti

baġitarji u legali

speċifiċi biex

japprofondixxu l-

kooperazzjoni

tagħhom. Stati

Membri oħra

jistgħu jissieħbu

magħhom maż-

żmien.

Meta jkun hemm

qbil dwar il-ħtieġa li

jiġu indirizzati aħjar

ċerti prijoritajiet

flimkien, l-EU27

tiffoka l-attenzjoni

u r-riżorsi tagħha

biex tagħti aktar

riżultati u b’mod

aktar rapidu f’ċerti

oqsma ta’ politika,

filwaqt li f’oqsma

oħra tieqaf taġixxi

jew tagħmel inqas.

L-Istati Membri

jikkondividu aktar

setgħa, riżorsi u

teħid ta’

deċiżjonijiet fl-

oqsma kollha ta’

politika, l-euro

jissaħħaħ, u d-

deċiżjonijiet fil-

livell tal-UE jiġu

infurzati b’mod

rapidu.

5

Page 6: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

Id-djalogi taċ-ċittadini

194,000

parteċipant

1.6 miljun

spettatur isegwi permezz

tax-xandir online

Il-konsultazzjoni online

Konsultazzjoni

pan-Ewropea

multilingwa

12-il mistoqsija(mistoqsijietmagħluqa u

miftuħa)

Appoġġata minn attivitajiet tal-

medja soċjali

87,000 parteċipant

201553

2016

126

2017443

2018

1,263

2019sat-30 ta' April

1,572

L-għadd totali tad-djalogi maċ-ċittadinisa mill-bidu tal-Kummissjoni Juncker

White Paperdwar il-Ġejjienital-Ewropa

6

Page 7: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

Appell għal

Ewropa prospera

7

Page 8: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

Il-konklużjonijiet tad-Djalogi maċ-Ċittadini u l-konsultazzjoni online dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

għandhom tendenza li jikkonverġu, u huma konformi ma’ dawk li l-Istati Membri użaw mill-eżerċizzji

tagħhom stess, minkejja d-diversità tal-formati.

Ġeneralment, il-parteċipanti għandhom tendenza li jipperċepixxu l-Unjoni Ewropea b’mod

pożittiv. Stħarriġiet tal-opinjoni jwasslu għal konklużjonijiet simili. Skont stħarriġ tal-

Ewrobarometru mwettaq fost kampjuni rappreżentattivi tal-popolazzjoni, 62 % tal-Ewropej iqisu s-

sħubija ta’ pajjiżhom fl-Unjoni Ewropea bħala ħaġa tajba. Dan hu l-ogħla livell f’dawn l-aħħar 27

sena. 11 % biss jaraw is-sħubija fl-Unjoni bħala ħaġa ħażina, filwaqt li l-oħrajn huma newtrali. L-

Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni

Ewropea żdiedet bi 11-il punt (minn 31 % għal 42 %), possibbilment bis-saħħa tal-approċċ il-ġdid li

fih l-inizjattivi Ewropej jiffukaw fuq it-tħassib taċ-ċittadini. Il-fiduċja fil-Parlament Ewropew u fil-

Kummissjoni Ewropea t-tnejn żdiedu bi 11-il punt, għal 48 % u 43 % rispettivament. Matul l-istess

perjodu ta’ żmien, il-fiduċja fil-gvernijiet nazzjonali telgħet bi 8 punti, għal 32%.

L-Unjoni Ewropea hija perċepita bħala l-post leġittimu u l-aktar effettiv biex fih jiġu indirizzati l-

isfidi globali. Meta ġew mistoqsija x’inhuma d-deċiżjonijiet Ewropej li jagħmluhom kburin li huma

msieħba fl-Unjoni, ir-rispondenti tal-konsultazzjoni online semmew b’mod spontanju kwistjonijiet

relatati mal-ambjent u l-klima, il-migrazzjoni u r-refuġjati, l-affarijiet barranin u d-difiża.

Konsultazzjoni online

“Liema deċiżjonijiet meħuda fil-livell Ewropew jagħmluk aktar kburi li int parti mill-Unjoni”’

(Mistoqsija miftuħa)It-tweġibiet ġew raggruppati mill-ġdid skont is-suġġett bl-użu ta’ tekniki tal-estrazzjoni tat-test. Id-

daqs taċ-ċrieki huwa proporzjonali għall-frekwenza tagħhom u l-lokalitajiet relattivi tagħhom jirriflettu l-qrubija tematika.

Migranti Refuġjati

Governanza

Ġlieda kontra l-korruzzjoni

DifiżaAffarijiet Barranin

Ambjent

Drittijiet soċjaliTassazzjon

i

Klima Enerġija

Liberta tal-espressjoni Drittijiet tal-bniedem Skambji

Kultura

Soċjetà diġitali

Benesseri tal-

annimaliSħubija fl-UE

Responsabbiltà liċ-ċittadini Żvilupp

Kooperazzjoni

8

Page 9: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

L-istħarriġ tal-Ewrobarometru Standard li sar f’Novembru 2018 jikkonferma li meta r-rispondenti

kienu mistiedna jagħżlu ż-żewġ kwistjonijiet ewlenin li l-Ewropa trid tiffaċċja, il-kwistjonijiet globali

kienu l-ogħla fil-klassifika, minn lista ta’ erbatax. Il-migrazzjoni għadha l-aktar suġġett imsemmi,

iżda ħafna inqas milli fl-2015, filwaqt li l-ġestjoni tal-migrazzjoni qed tħalli l-frott tagħha. Dan

huwa konsistenti mal-fatt li kien hemm inqas mistoqsijiet dwar is-suġġett fid-djalogi maċ-ċittadini

organizzati fl-2019. It-terroriżmu jikklassifika bħala t-tieni prijorità. Għall-ewwel darba, it-tibdil fil-

klima huwa wieħed mill-ħames suġġetti l-aktar imsemmija.

L-Ewrobarometru, Standard, Ħarifa 2018

“ X’taħseb li huma l-aktar żewġ kwistjonijiet importanti li qed tiffaċċja l-UE bħalissa?”

(Massimu ta’ żewġ risposti minn lista b’erbatax-il proposta)L-aktar sitt tweġibiet magħżula biss huma

rrappreżentati fil-graff.

Minħabba li l-Ewropa mxiet mill-irkupru ekonomiku għall-espansjoni f’dawn l-aħħar ftit snin, il-

kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali għandhom rwol inqas prominenti milli kellhom qabel il-bidu tal-

Kummissjoni Juncker. Madankollu, il-ħtieġa għal ekonomija dinamika li tiffoka fuq id-diġitali, ir-

riċerka u l-innovazzjoni, u żona tal-euro stabbli hija tema prominenti ħafna - bħalma hi tema

prominenti x-xewqa ċara għal livell għoli ta’ korrettezza u ta’ protezzjoni soċjali.

L-Ewropa hija perċepita wkoll bħala kontinent ta’ valuri, li fih l-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-

korruzzjoni u n-nondiskriminazzjoni jridu jkunu protetti.

Il-Brexit ġie diskuss b’mod aktar regolari f’dawn l-aħħar xhur, iżda kollox ma’ kollox il-parteċipanti

fid-Djalogi u fil-konsultazzjoni online kienu l-aktar ħerqana li jiddiskutu dwar il-ġejjieni tal-EU27.

Kollox ma’ kollox, il-parteċipanti fid-dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa jixtiequ li l-Unjoni Ewropea

tiffoka fuq suġġetti li diġà jinsabu fil-qalba tal-aġenda Ewropea, notevolment l-għaxar

prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Juncker. Il-kontribut tal-Kummissjoni għall-Aġenda Strateġika u

l-proposti tal-Kummissjoni għall-baġit fit-tul tal-Unjoni Ewropea jirriflettu wkoll l-aspettattivi taċ-

ċittadini.

9

Page 10: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

1. Ewropa li tipproteġiIl-kontributuri għad-dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa għandhom it-tendenza li jistennew li l-

Unjoni Ewropea tiggarantixxi l-benessri tagħhom u tipproteġi d-drittijiet soċjali tagħhom. Il-

parteċipanti spiss jitolbu li jkun hemm drittijiet soċjali aktar b’saħħithom u jqajmu mistoqsijiet dwar

id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, il-liv tal-ġenituri u kwistjonijiet soċjali oħra, inkluża l-

kwistjoni dwar is-saħħa. Filwaqt li ħafna parteċipanti jesprimu tħassib dwar inugwaljanzi li qed

jiżdiedu, dawn ġeneralment jitolbu għall-protezzjoni tal-persuni l-aktar dgħajfa fis-soċjetà,

bħall-anzjani u l-ħaddiema bi ftit kwalifiki.

Id-drittijiet tal-konsumatur huma parti importanti minn din is-sejħa għall-protezzjoni. Is-

sikurezza alimentari u l-kwalità tal-prodotti tal-ikel jissemmew regolarment. Iċ-ċittadini jistennew

li l-ftehimiet kummerċjali jirrispettaw l-istandards għoljin, inklużi dawk soċjali u ambjentali. Ħafna

huma mħassba dwar dak li huma jqisu bħala tassazzjoni inġusta, speċjalment għall-benefiċċju ta’

kumpaniji kbar.

Iżda l-ħtieġa għal Ewropa aktar protettiva hija primarjament espressa fir-rigward tal-kriminalità u

s-sigurtà, b’enfasi speċjali fuq it-terroriżmu. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni tissemma wkoll ta’ spiss.

Biex jitħallew jidħlu fl-UE, il-prodotti minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jirrispettaw l-istess standards ta’ kwalità. Parteċipant online minn Spanja

Hemm bżonn ta’ armonizzazzjoni soċjali u fiskali biex tiġi eliminata l-kompetizzjoni inġusta fl-Ewropa. Parteċipant online minn Franza

Jenħtieġ li l-UE tgħin lin-nies li jgħixu fil-faqar. Id-djalogu maċ-ċittadini f’Lubljana, is-Slovenja

Mill-bidu tal-Kummissjoni Juncker inħolquaktar minn 12.5 miljun impjieg.

Fin-negozjar ta’ ftehimiet kummerċjali, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproteġisetturi sensittivi u ma taċċettaxkompromessi fir-rigward tal-istandardstas-sikurezza. Id-drittijiet tal-bniedem,tax-xogħol u dawk fundamentali jinsabufil-qalba tal-politiki kummerċjali tagħna,kif tinsab is-sostenibbiltà.

Bejn l-2014 u l-2020, l-Unjoni Ewropeaipprovdiet EUR 86.4 biljun għall-FondSoċjali Ewropew.

Ir-reviżjoni tar-regoli dwar l-istazzjonartal-ħaddiema proposta mill-Kummissjonistabbilixxiet il-prinċipju ta’ “paga ugwaligħal xogħol ugwali fl-istess post”.

10

Page 11: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

2. L-indirizzar tal-migrazzjoniIl-migrazzjoni tibqa’ kwistjoni ta’ tħassib għal ħafna ċittadini, iżda f’dawn l-aħħar xhur il-kwistjoni tqajmet

b’mod inqas frekwenti mill-parteċipanti.

L-opinjonijiet espressi huma polarizzati, waqt li jirriflettu d-diversità tal-fehmiet tal-Ewropej dwar kwistjonijiet

ta’ migrazzjoni u ażil. Għadd sinifikanti ta’ parteċipanti jappellaw li tintemm il-migrazzjoni irregolari kif

ukoll għar-ritorn ta’ migranti li ma għandhom l-ebda dritt li jibqgħu fl-UE.

Ħafna jsejħu għal Unjoni Ewropea aktar akkoljenti jew għal tip ta’ azzjoni biex jieqaf it-telf ta’ ħajjiet

umani fil-Mediterran. L-integrazzjoni tal-migranti u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux membri tal-UE,

notevolment fl-Afrika, huma diskussi wkoll. Ħafna parteċipanti jitolbu għal solidarjetà fost il-pajjiżi tal-UE

jew jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ kontrolli tal-fruntieri armonizzati, kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Ħafna

parteċipanti fid-Djalogi huma mħassba dwar il-manipulazzjoni u r-retorika simplifikata żżejjed meta jiġu

diskussi dawn il-kwistjonijiet.

Hemm nies barra mill-Ewropa li għandhom bżonn l-għajnuna, minħabba li hemm gwerra f’pajjiżhom, jew għax qed imutu bil-ġuħ. Aħna nistgħu ngħinuhom. Parteċipant online mill-Awstrija

Minbarra r-refuġjati, hemm nies minn partijiet oħra tad-dinja li qed jaħarbu l-faqar. L-UE qed taħdem flimkien ma’ dawn il-pajjiżi biex tgħinhom jiżviluppaw? Id-djalogu maċ-ċittadini fl-Imsida, Malta

Għandha titfassal u tiġi implimentata politika Ewropea għall-ġestjoni kondiviża u l-protezzjoni tal-fruntieri tal-art u dawkmarittimi.Parteċipant online minn Ċipru

Il-qsim tal-fruntieri irregolari lejn l-Unjoni Ewropea huwa lura għal-livellita’ qabel il-kriżi.

L-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropeagħenu biex isalvaw aktar minn730,000 ħajja mill-2015.

Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera utal-Kosta tiskjera madwar 900gwardja biex tikkomplementa l-kapaċitajiet eżistenti tal-Istati Membri.Dan jista’ jissaħħaħ fil-ġejjienib’massimu ta’ 10,000 gwardja tal-fruntiera.

L-Unjoni Ewropea qed tiffinanzjaprogrammi f’pajjiżi terzi li jindirizzawil-kawżi fundamentali tal-migrazzjoniirregolari.

11

Page 12: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

3. Ekonomija dinamikaIl-parteċipanti fid-dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa huma dejjem aktar interessati fix-xejriet il-ġodda

li qed isawru l-ekonomija tal-ġejjieni. Ħafna jesprimu tħassib dwar kif l-Ewropa kollha kemm hi kif ukoll

l-individwi nfushom se jadattaw irwieħhom għall-ekonomija dinamika.

Bosta mistoqsijiet jikkonċernaw l-ekonomija diġitali u l-implikazzjonijiet tagħha għall-kisba ta’

ħiliet, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, u l-protezzjoni ta’ data personali, b’bosta jitolbu li tiġi rregolata l-

pożizzjoni b’saħħitha ta’ atturi kbar fis-suq diġitali. L-intelliġenza artifiċjali u r-robotika huma wkoll

għoljin fuq l-aġendi tal-parteċipanti, fejn l-Ewropa hija mistennija kemm li taħtaf l-opportunitajiet kif

ukoll li tillimita r-riskji possibbli..

Tema popolari oħra hija l-ekonomija ċirkolari u l-benefiċċji potenzjali tagħha.

Il-ħtieġa li r-riċerka u l-innovazzjoni jkunu prijoritizzati u inċentivati ta’ spiss titqajjem, flimkien ma kif

jista’ jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament u l-investiment, speċjalment għal kumpaniji żgħar u medji.

Il-benefiċċji tal-baġit Ewropew huma diskussi b’mod partikolari fir-reġjuni.

Il-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni Ewropea ġeneralment jitqies bħala vantaġġ għall-ekonomija u

għaċ-ċittadini nfushom. L-euro, is-suq uniku u l-kummerċ internazzjonali fil-biċċa l-kbira tagħhom

jitqiesu bħala opportunitajiet għall-kumpaniji u l-konsumaturi, għalkemm xi wħud jibżgħu li prodotti ta’

kwalità baxxa jistgħu jiġu importati fl-Unjoni.

Investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll fl-edukazzjoni. Parteċipant online mill-Ġermanja

Meta se jkollna fl-Unjoni Ewropea pijunieri diġitali li huma fuq quddiem fil-livell dinji? Id-djalogu maċ-ċittadini fil-Lussemburgu

Għandna nnaqqsu d-distakk bejn iż-żoni rurali u l-bliet il-kbar fil-forniment tal-internet b’veloċità għolja. Id-djalogu maċ-ċittadini f’Jasinka, il-Polonja

L-Unjoni Ewropea tinsab f’fażi ta’tkabbir għal sitt snin konsekuttivi.

Il-Pjan Juncker, imniedi f’Novembru2014, skatta EUR 400 biljunf’investiment addizzjonali, li kien ta’benefiċċju għal kważi miljun kumpanijażgħira u ta’ daqs medju.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponili żżid l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni b’50% fil-baġit fit-tul lijmiss.

L-UE qed timplimenta strateġija biextiżviluppa l-ekonomija diġitali.

12

Page 13: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

4. Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-ħarsien

ambjentaliIt-tibdil fil-klima u l-ħarsien ambjentali huma ta’ tħassib dejjem akbar.

Kumplessivament, l-Ewropej jiddubitaw ftit li xejn li t-tibdil fil-klima huwa, almenu parzjalment,

dovut għall-attivitajiet tal-bniedem. Parteċipanti fid-Djalogu maċ-Ċittadini mhux biss riedu jkunu

jafu aktar dwar il-mod kif l-Unjoni Ewropea qed tindirizza din l-isfida dinjija, iżda wkoll dwar kif

huma stess jistgħu jgħinu.

Il-pjanijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra huma fuq quddiem fl-aġenda taċ-

ċittadini. Minkejja tħassib serju, hemm kummenti ta’ tama fl-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, fl-

investiment fl-ekonomija ekoloġika u fl-innovazzjoni possibbli biex jgħinu fil-preservazzjoni tal-

ambjent.

Matul id-Djalogi maċ-Ċittadini, jitqajmu ħafna mistoqsijiet dwar il-ġestjoni tal-iskart (speċjalment

il-plastik), il-pestiċidi u l-bijodiversità, u dwar il-benessri tal-annimali.

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima jenħtieġ li ssir l-ewwel prijorità fil-politiki pubbliċi. Id-djalogu maċ-ċittadini f’Lisbona, il-Portugall

Jenħtieġ li l-UE tieħu miżuri drastiċi biex tipproteġi l-oċeani tagħna. Id-djalogu maċ-ċittadini f’Nikosia, Ċipru

Jenħtieġ li l-prodotti kimiċi li għandhom impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jiġu eliminati. Parteċipant online mill-Kroazja

L-Unjoni Ewropea hija l-unika ekonomijakbira li qed tittrasponi b’mod sħiħ l-impenji tagħha tal-Ftehim ta’ Pariġif’leġiżlazzjoni domestika vinkolanti.

Bejn l-1990 u l-2016, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra naqsu bi 22%, filwaqt li l-ekonomija tal-Unjoni kibret b’54%.

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat l-ewwel strateġija komprensiva għall-plastik fid-dinja, flimkien ma’ miżurikonkreti għall-projbizzjoni ta’ prodottiprinċipali tal-plastik li jintużaw darba biss.

Il-Kummissjoni qed tillimita l-esponimentgħal sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċerfil-post tax-xogħol, li għandu jsalva aktarminn 100,000 hajja fil-50 sena li ġejjin.

13

Page 14: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

5. Ewropa tal-valuriIl-valuri u l-identità Ewropej ikomplu jkunu importanti għal ħafna parteċipanti. L-Unjoni Ewropea hija

primarjament perċepita bħala proġett ta’ paċi u bħala żona ta’ libertà u drittijiet fundamentali.

Ħafna parteċipanti jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-korruzzjoni u l-istat tad-dritt f’xi Stati

Membri, u jitolbu lill-Unjoni Ewropea tirreaġixxi.

In-nozzjoni ta’ solidarjetà tibqa’ konsistentement għolja ħafna fuq l-aġenda. L-ugwaljanza bejn il-

ġeneri u n-nondiskriminazzjoni huma kkunsidrati bħala pilastri maġġuri tas-soċjetà tagħna.

Filwaqt li l-fiduċja fl-istituzzjonijiet Ewropej ilha tiżdied mill-2014, ħafna parteċipanti għadhom

iqisuhom bħala remoti wisq u jistennew li jkunu aktar effiċjenti u trasparenti.

Xi kontribuzzjonijiet jappellaw biex tittieħed azzjoni li tqarreb l-Unjoni Ewropea lejn iċ-ċittadini

tagħha. Din l-azzjoni tinkludi mhux biss l-iskambji kulturali, it-tagħlim ta’ lingwi oħra u t-tagħlim dwar l-

Ewropa fl-iskejjel, iżda wkoll l-użu ta’ simboli Ewropej bħall-bandiera u Jum l-Ewropa.

Ftit xhur qabel l-elezzjonijiet Ewropej, xi parteċipanti huma mħassba li d-diżinformazzjoni tista’ tfixkel

il-proċess demokratiku. Iċ-ċittadini japprezzaw aktar informazzjoni dwar l-Unjoni biex tgħinhom jifhmu

aħjar u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet.

Il-minoranzi sesswali għandhom id-dritt għas-sigurtà u għall-ħajja ħielsa mill-vjolenza. Parteċipant online minn Spanja

Jenħtieġ li l-attakki ta’ informazzjoni minn barra, bħal kontijiet tal-midja soċjali foloz u trolls, ikunu kwistjonijiet għall-gvernijiet, għall-istituzzjonijiet tal-UE u għal kull ċittadin. Id-djalogu maċ-ċittadini f’Talinn, l-Estonja

Aħna nikellmu wisq dwar l-UE li hija remota u mbiegħda. Madankollu, l-UE hija aħna u jekk aħna ma ninpenjawx ruħna, jekk ma nkunux parti mill-politiki u mid-dibattitu, ma nistgħux nistennew li l-UE tkun eqreb tagħna. Id-djalogu maċ-ċittadini f’Lubljana, is-Slovenja

L-Unjoni Ewropea hija wieħed mill-aktarreġjuni avvanzati fid-dinja f’dak li għandux jaqsam mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri ul-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni.

Il-Kodiċi ta’ Kondotta l-ġdid għall-Membrital-Kummissjoni żgura l-ogħla standardsetiċi għal persuni li għandhom karigi fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Ir-riforma tar-regoli dwar il-protezzjonitad-data li daħlet fis-seħħ f’Mejju 2018hija pass ewlieni lejn it-tisħiħ tad-drittijietfundamentali taċ-ċittadini fl-era diġitali.

Ġew adottati regoli ġodda biex tiżdied it-trasparenza fil-kampanji elettorali,b’sanzjonijiet possibbli meta r-regoli majiġux rispettati.

14

Page 15: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

6. Perspettiva għall-ġenerazzjoni żagħżugħaĦafna studenti u żgħażagħ jieħdu sehem fid-djalogi maċ-Ċittadini. Huma jitolbu aktar influwenza

fit-tfassil tal-politika, speċjalment fid-dawl taż-żieda reċenti fl-attiviżmu taż-żgħażagħ marbut mat-

tibdil fil-klima.

Iċ-ċittadini jorbtu din id-domanda ma’ suġġetti bħall-mobilità, l-edukazzjoni u l-programmi ta’

skambju. L-Erasmus huwa msemmi b’mod konsistenti u espliċitu bħala eżempju, u ħafna

parteċipanti jixtiequ li jingħata baġit ogħla. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu ta’ tħassib kbir għaż-

żgħażagħ, u ħafna jaraw rwol ewlieni għall-Unjoni Ewropea fl-għajnuna biex tadatta l-għoti ta’

taħriġ għal xejriet ġodda bħall-ekonomija diġitali.

Flimkien ma’ suġġerimenti għal curriculum komuni jew għar-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi,

bosta jaraw l-iskejjel bħala post fejn l-Ewropa jenħtieġ li tiġi mgħallma u fejn il-ġenerazzjoni

żagħżugħa tista’ titgħallem dwar il-valuri komuni tal-Ewropa.

L-iżvilupp ta’ skambji ma’ skejjel permezzta’ proġetti konġunti ta’ ħidma li jużaw it-teknoloġija, bħal klassijiet virtwali. Dan ikunmod kif jiġu skoperti metodi ta’ ħidma oħrakif ukoll kulturi oħra.Parteċipant online minn Franza

L-implimentazzjoni ta’ kors ta’ edukazzjoniċivika dwar standards morali bażiċi, it-tolleranza u l-fehim tal-governanza fil-livelli tal-UE, nazzjonali u lokali.Parteċipant online mill-Irlanda

L-Erasmus diġà ta aktar minn 9 miljunopportunità lil persuni biex jistudjaw,jitħarrġu, jivvjaġġaw, jagħmlu volontarjatjew jiksbu esperjenza barra minnpajjiżhom. Il-Kummissjoni qed tipproponi litirdoppja l-baġit għal EUR 30 biljun bejn l-2021 u l-2027.

Wara l-proposti ppreżentati mill-Kummissjoni, l-Istati Membri impenjawruħhom li jrawmu r-rikonoxximentreċiproku tad-diplomi, li jsaħħu l-kompetenzi ewlenin bħall-ħilietintraprenditorjali u diġitali, u li jsaħħu l-edukazzjoni inklużiva, il-promozzjoni tal-valuri komuni tal-Ewropa u d-dimensjoniEwropea tat-tagħlim.

B’baġit ta’ kważi EUR 9 biljun bejn l-2014u l-2020, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ qed tappoġġa liż-żgħażagħ lima kellhomx il-possibbiltà li jkunu fl-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ.

15

Page 16: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

7. Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinjaBosta ċittadini jsejħu għal koordinazzjoni u konsolidazzjoni ulterjuri tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni

Ewropea. Huma jridu jaraw kemm politika barranija komuni iżda wkoll politika tad-difiża

komuni. Qed jissemma l-ġbir flimkien ta’ riżorsi għar-riċerka u l-innovazzjoni, b’xi wħud saħansitra

jissuġġerixxu armata Ewropea.

L-Unjoni Ewropea spiss titqabbel mal-bqija tad-dinja u, b’mod ġenerali, il-parteċipanti jfaħħru r-rwol

tal-Unjoni fuq il-pjattaforma internazzjonali. Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar f’Novembru

2018, 76 % jaħsbu li l-Unjoni hija post ta’ stabbiltà f’dinja mimlija problemi.

Il-kontributuri ta’ spiss isemmu setgħat globali oħra bħar-Russja, iċ-Ċina u l-Istati Uniti, xi drabi

b’rabta ma’ tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew il-kummerċ. Huma jaspiraw b’mod ċar li l-Ewropa

tkun attur daqstant b’saħħitha, iggwidata minn prinċipji, fix-xena ġeopolitika dinjija. Bosta jitkellmu

dwar il-ħtieġa ta’ “vuċi komuni”, waqt li oħrajn jipproponu l-"unifikazzjoni” tal-politiki barranin.

Nittama li l-UE jirnexxielha tibni front magħqud biex tirrappreżenta s-solidarjetà, id-diversità kulturali, l-istat tad-dritt u l-ħarsien tal-ambjent. Parteċipant online minn Franza

L-armonizzazzjoni tal-objettivi tal-politikatad-difiża u tal-affarijiet barranintippermetti lill-Unjoni Ewropea titkellemb’kapaċità ta’ rappreżentanza politika lijistħoqqilha l-piż ekonomiku tagħha.Parteċipant online mill-Ungerija

Sabiex niffrankaw il-flus u nużawhom b’mod aktar effiċjenti, neħtieġu standards tekniċi komuni fl-industrija tad-difiża. Djalogu Live fuq Facebook

L-Unjoni Ewropea hija sieħbaaffidabbli meta tiġi biex tiddefendiordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli.

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membritagħha jipprovdu aktar minn nofs il-kooperazzjoni għall-iżvilupp fid-dinja.L-għajnuna umanitarja tal-UE tilħaqaktar minn 120 miljun ruħ kull sena..

L-Unjoni Ewropea bħalissa għandha16-il missjoni militari u ċivili madwarid-dinja.

Il-Kummissjoni Ewropea adottat programmi ta’ ħidma għal kofinanzjament ta’ proġetti industrijali konġunti tad-difiża fl-2019-2020. Għall-baġit fit-tul tal-UE li jmiss, il-Kummissjoni pproponiet Fond Ewropew għad-Difiża ta’ EUR 13-il biljun.

16

Page 17: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

AGĦTI L-OPINJONI

TIEGĦEK

Tista’ tipparteċipa fid-dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.

https://ec.europa.eu/commission/future-europe_mt

L-involviment taċ-ċittadini u t-tfassil tal-

politika

F’dinja li qed tinbidel malajr, iċ-ċittadini Ewropej huma konxji mill-isfidi globali li l-Ewropa trid

tiffaċċja, iżda konxji wkoll mill-assi tagħha.

Huma jistennew ħafna mill-Unjoni Ewropea, li jenħtieġ li, flimkien mal-Istati Membri tagħna,

tiddefendi l-valuri tagħha, tipproteġi ċ-ċittadini tagħha, u tinstema’ fix-xena internazzjonali. It-

tħassib tagħhom diġà jinsab fil-qalba tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea.

Id-dibattitu wera li l-parteċipanti jistgħu jkunu minn ta’ quddiem fil-bidla: Huma interessati

f’ekonomiji ċirkolari u diġitali u f’metodi ġodda ta’ parteċipazzjoni demokratika.

Iċ-ċittadini jridu Ewropa kompetittiva, ġusta u protettiva, li taqdi bis-sħiħ ir-rwol tagħha

fid-dinja, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u

mal-ħarsien tal-ambjent. Huwa b’dan l-appell għal Ewropa prospera, li l-Kummissjoni

attwali ħadet l-inizjattivi mill-2014 u ħejjiet il-kontribut tagħha għall-Aġenda Strateġika

li se tiġi adottata mill-Mexxejja Ewropej f’Ġunju 2019.

Id-dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa wera wkoll kemm huma ħerqana ħafna miċ-ċittadini li

jesprimu l-fehmiet tagħhom u li jsiru aktar attivi fil-proċess politiku. Bosta għodod jippermettulhom

jagħmlu dan, inklużi l-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej. Il-Kumitat

Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni wkoll għandhom rwol ewlieni biex jiżguraw li

l-ilħna kollha jkunu jistgħu jinstemgħu. Hija r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet kollha, fil-livell

Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, iżda wkoll tas-soċjetà ċivili nnifisha li torganizza Djalogi u

Konsultazzjonijiet. Id-demokrazija rappreżentattiva hija insostitwibbli, iżda tista’ tibbenefika ħafna

mill-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ involviment min-naħa taċ-ċittadini.

17

Page 18: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt
Page 19: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

19

Il-Kummissjoni mhijiex responsabbli għall-konsegwenzi eventwali li jistgħu jinqalgħu mir-riutilizzazzjoni ta’ din il-pubblikazzjoni.

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2019 © Unjoni Ewropea, 2019

Ir-riutilizzazzjoni hija awtorizzata dment li s-sors jiġi kkwotat. Il-politika dwar ir-riutilizzazzjoni tad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea hija rregolata bid-Deċiżjoni 2011/833/UE (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39).

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab permess direttament mid-detenturi tad-drittijiet.

DRITTIJIET TAL-AWTUR

Ir-ritratti kollha © Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

19

Page 20: Djalogi taċ ċittadini - European Commission · Ewrobarometru juri wkoll li bejn ir-Rebbiegħa tal-2014 u l-Ħarifa tal-2018, il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea żdiedet bi 11-il punt

2132

Print ISBN 978-92-76-02612-9 doi:10.2775/325212 NA-03-19-258-MT-C

PDF ISBN 978-92-76-02577-1 doi:10.2775/36176 NA-03-19-258-MT-N