collaboration in etwinning: register a project - mt
TRANSCRIPT
etwinning.net
Collaboration in eTwinning
II. Contents
IV. Management of the Twinspace
Kollaborazzjoni fl-eTwinningII. Il-ħolqien ta’ proġett tal-eTwinning
Kif tirreġistra proġett
Menù
Introduzzjoni
Diskussjoni tal-elementi ewlenin tal-proġett
Is-sottomissjoni ta’ proġett ġdid
Konklużjoni
Is-sottomissjoni ta’ proġett ġdid hija proċess li tista’ tibda wara li jkunu ġew diskussi l-elementi ewlenin tal-proġjett mill-imsieħba tal-proġett.
Is-sottomissjoni attwali ssir miż-żewġ fundaturi tal-proġett. Wara l-approvazzjoni tal-proġett aktar imsieħba jistgħu jisżdiedu mal-proġett.
4
INTRODUZZJONI
DISKUSSJONI TAL-ELEMENTI EWLENIN TAL-PROĠETT
Qabel jibdew il-proċedura tas-sottomissjoni, l-imsieħba tal-proġett għandhom jiddiskutu u jaslu għal ftehim ċar fuq l-elementi ewlenin tal-proġett. L-elementi ewlenin jinkludu, pereżempju: titlu u deskrizzjoni qasira, l-għanijiet, l-għodod li ser jintużaw, il-proċess tax-xogħol u r-riżultati mistennija mill-proġett.
DISKUSSJONI TAL-ELEMENTI EWLENIN TAL-PROĠETT
Waqt l-ibbrawżjar tal-profili ta’ għalliema oħra inti tkun tista’ tara wkoll id-deskrizzjoni tal-proġetti tagħhom.
DISKUSSJONI TAL-ELEMENTI EWLENIN TAL-PROĠETT
Id-deskrizzjonijiet tal-proġett li fihom l-elementi ewlenin tal-proġett huma pubbliċi għal kull min huwa lloggjata fl-eTwinning Live. Deskrizzjonijiet tajbin ta’ proġetti jistgħu jkunu ispirazzjoni għal għalliema oħra.
IS-SOTTOMISSJONI TA’ PROĠETT ĠDID
Meta tkun trid toħloq proġett ġdid jeħtieġ li wieħed miż-żewġ fundaturi jissottometti l-elementi ewlenin tal-proġett. Wara din il-proċedura l-fundatur l-ieħor tal-proġett ikollu jiffinalizza l-proċess billi jagħti l-approvazzjoni tiegħu.
Il-proċċess tal-applikazzjoni tikkonsisti f’4 passi.
IS-SOTTOMISSJONI TA’ PROĠETT ĠDID
L-ewwel pass huwa li tagħżel l-iskola tiegħek. Jeħtieġ tagħżel skola waħda biss, anke jekk għandek aktar minn waħda għal proġett. Din l-għażla ma tistax tbiddila għat-tul kollu tal-proġett.
IS-SOTTOMISSJONI TA’ PROĠETT ĠDID
Wara agħżel wieħed mill-kuntatti tiegħek biex ikun il-fundatur l-ieħor tal-proġett.
IS-SOTTOMISSJONI TA’ PROĠETT ĠDID
Fit-tielet pass jeħtieġ tagħti l-elementi ewlenin tal-proġett. Dawn l-elementi jistgħu jiġu mmodifikati wara li proġett ikun approvat, iżda nirrikmandaw li timla l-elementi kemm jista’ jkun mill-bidu nett.
IS-SOTTOMISSJONI TA’ PROĠETT ĠDID
L-ewwel mistoqsija li teħtieġ twieġeb hija jekk intix bi ħsiebek tinvolvi għalliema mill-pajjiżi tal-eTwinning Plus. Skont is-settings personali tiegħek inti għandek l-għażla li tgħid IVA jew LE.
F’każi oħra, skont is-settings personali tiegħek, l-għażla hija mmarkata bħala LE.
IS-SOTTOMISSJONI TA’ PROĠETT ĠDID
Jekk qedd tikkonsidra li tikkollabora ma’ msieħba mill-pajjiżi tal-eTwinning Plus, għandek tindika dan fis-settings tal-profil tiegħek (L-INTERESSI TIEGĦI). Tkun tista’ tara u żżid kuntatti mill-pajjiżi tal-eTwinning Plus biss jekk tesprimi li inti disponibbli għall-eTwinning Plus. L-għalliema tal-eTwinning Plus jaraw il-profil tiegħek biss, jekk tindika d-disponibilità tiegħek.
IS-SOTTOMISSJONI TA’ PROĠETT ĠDID
Meta tapplika għal proġett ġdid tal-eTwinning jeħtieġ tipprovdi Titlu tal-Proġett u Deskrizzjoni Qasira.
Inti tista’ timmarka l-Lingwa(i) ta’ ħidma użati fil-proġett, il-Firxa tal-Etajiet tal-Istudenti, is-Suġġetti li bihom ser isiru l-proġetti kif ukoll l-Għodod li ser jintużaw.
IS-SOTTOMISSJONI TA’ PROĠETT ĠDID
Ikunu meħtieġa wkokk deskrizzjoni tal-Għanijiet, il-Proċess tax-Xogħol u r-Riżultati Mistennija.
L-imsieħba ta’ proġett jistgħu wkoll jaqblu li jagħżlu Kitt ta’ Proġett biex ikun il-bażi jew l-ispirazzjoni għall-proġett. L-għażla ta’ Kitt ta’ Proġett jiffaċilita l-ħolqien ta’ proġett. L-elementi kollha tal-Kitt ta’ Proġett magħżul jista’ jiġi addattat, partijiet jistgħu jitneħħew u partijiet ġodda jistgħu jiżdiedu.
IS-SOTTOMISSJONI TA’ PROĠETT ĠDID
Id-data li tkun imtliet tista’ tiġi reveduta u addattata jekk ikun meħtieġ qabel tiġi sottomessa.
IS-SOTTOMISSJONI TA’ PROĠETT ĠDID
Il-Fundatur l-ieħor tal-Proġett jirċievi n-notifika li jeħtieġ jaċċetta.
Minn hemm il-proġett ikollu status PENDENTI waqt li jkun qed jiġi rrevedut mis-Servizzi t’Appoġġ Nazzjonali.
Meta l-proġett ikun approvat isir attiv u l-Fundaturi tal-Proġett ikollhom aċċessgħall-proġett tat-TwinSpace.
KONKLUŻJONIJIET
Deskrizzjoni tajba ta’ proġett hija importanti ħafna. Din tiffaċilita l-approvazzjoni tal-proġett mis-Servizzi t’Appoġġ Nazzjonali tal-fundaturi tal-proġett. Din tikkontribwixxi wkoll għall-identità u r-reputazzjoni online fil-komunita tal-għalliema tal-eTwinning.
Deskrizzjonijiet ta’ proġetti jistgħu jinkitbu bil-lingwa tal-għażla tiegħek.