beata maria adeodata pisani

11
MARIA ADEODATA PISANI BEATA MARIA ADEODATA PISANI

Upload: jeannette-cardona

Post on 12-Apr-2017

125 views

Category:

Education


0 download

TRANSCRIPT

MARIA ADEODATA PISANI

BEATA MARIA

ADEODATA PISANI

• Il-Beata Maria Adeodata Pisani twieldet ġo familja nobbli f'Napli, fl-Italja fid-29 ta’ Diċembru,1806 u ġiet mgħammda bħala Maria Teresa Pisani.•Missierha kien baruni Malti, għalhekk għal-liġi Maria kienet titqies Maltija.• Tfulitha ma kinitx faċli għax missierha kien alkoħoliku u ommha telqitu meta Marija kellha ftit xhur u ħallietha m’omm missierha.• Ta’ 10 snin tilfet ukoll lil nannitha. Wara ntbagħtet ġo istitut tal-bniet sakemm għalqet 17-il sena.

• Fl-1821, missier Maria ġie deportat f’Malta peress li nsab ħati li kien involut f’rewwixta kontra r-Re.•Meta ħarġet mill-Istitut marret tgħix m’ommha f’Napli.• Fl-1825, Maria flimkien m’ommha, ġew Malta għax f’Napli kellhom ħajja diffiċli minħabba l-fama ta’ missierha.•Ommha ppruvat iżżewwiġha kemm-il darba iżda hi ma riditx għax ippreferiet li jkollha ħajja kwieta u biex ikollha ħin għat-talb.

•Meta għalqet 21 sena daħlet mas-Sorijiet Benedittini tal-Klawsura fil-Monasteru ta’ San Pietru. • Il-ħajja tagħha kienet tikkonsisti f’Talb, Ħidma, Silenzju u Ubbidjenza.• Sentejn wara saret soru u tat il-ġid tagħha kollu lill-foqra u nies fil-bżonn.

•Maria Adeodata kitbet diversi xogħolijiet, l-aktar magħrufa hija l-ġabra ta' riflessjonijiet personali tagħha bejn is-snin 1835 u 1843 li jismu “The mystical garden of the soul that loves Jesus and Mary”.•Qattgħet erba’ snin tieħu ħsieb in-novizzi u bejn l-1851 u l-1853 saret l-Abbatissa tal-Monasteru.

• Suor Maria kienet mgħarufa għall-ispirtu ta’ sagrifiċċju personali u ċ-ċaħda – dejjem kienet tagħti l-aħjar li kellha, ikel u ħwejjeġ – lil min kien fil-bżonn u hi kienet tikkuntenta bil-fdalijiet.

• Fl-aħħar sentejn ta’ ħajjitha mardet ħafna b’qalbha, biss xorta kompliet tipprova tgħix ħajja normali fil-komunità tagħha, dejjem timmira għall-perfezzjoni u biex tkun ta’ eżempju għal ħaddieħor.• Fil-25 ta’ Frar, 1855, fl-eta’ ta’ 48, kważi bla saħħa ta’ xejn u kontra l-parir tal-invermiera tagħha, Suor Maria tkaxkret għall-kappella għall-quddiesa ta’ kuljum, imma kif tqarbnet kellhom jeħduha malajr lura fis-sodda fejn mietet ftit wara.

•Malli n-nies semgħu bil-mewt tagħha, kulħadd beda jgħid “mietet il-qaddisa”.• Kellħa funeral sempliċi u ġiet midfuna l-għada fil-kripta tal-monasteru. •Maria Adeodata ġiet beatifikata fid-9 ta’ Mejju, 2001, mill-Papa San Ġwanni Pawlu II.•Niċċelebraw il-festa tagħha fil-25 ta’ Frar.

TALBA • “Alla sidna, Inti żammet l-imbierka Maria Adeodata fidila għall-eżempju ta’ Kristu fil-faqar u l-umilta’. J’Alla t-talb tagħha jgħinuna ngħixu il-fedelta’ għas-sejħa tagħna li twassalna għall-perfezzjoni li Int urejtna f’Ibnek Ġesu’, li jgħix u jsaltan miegħeK ħaġa waħda mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.”

• “Lord God, You kept Blessed Maria Adeodata faithful to Christ’s pattern of poverty and humility. May her prayers help us to live in fidelity to our calling and bring us to the perfection You have shown us in Your Son, who lives and reigns with You in the unity of the Holy Spirit, one God, for ever and ever. Amen.”