tgĦallmu min nemlu - nadurparish.com · parroĊĊa ta’ san pietru u san pawl in-nadur għawdex...
Post on 18-Aug-2018
264 Views
Preview:
TRANSCRIPT
PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 • Dar Parrokkjali: 21560501 • www. nadurparish.com
19
ta
’ Aw
wis
su, 2
01
8
AVVIŻI OĦRAJN:
MANIFESTAZZJONI MARJANA: nhar it-Tlieta 21 ta’ Awwissu f’Marsalforn. Tibda fis-7.00p.m. bir-rużarju u dritt wara, il-quddiesa. Jitlaq it-trasport minn San Blas fis-6.30p.m.
L-GĦAQDA ARMAR TRIQ IT-TRAMUNTANA: se torganizza quddiesa fil-beraħ nhar l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu fi Triq it-Tramuntana quddiem l-istatwa tal-Madonna tar-Raġġi fit-8.00p.m. fl-okkażjoni tal-festa tal-Imqaddsa Verġni Marija Reġina. Il-quddiesa ser tkun offruta b’suffraġju ta’ ruħ Kan. Dun Ġużepp Portelli li kien residenti fit-triq tagħna, Marija Grima u għall-benefatturi mejtin kollha tal-istess triq. Tingħata tifkira tal-okkażjoni.
Il-KUMITAT TAL-BANDA MNARJA: se jorganizza tombla kbira fil-pjazza nhar l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu fis-7.30p.m. Ikun hemm trasport minn kullimkien.
L-GĦAQDA TAN-NAR SAN PIETRU U SAN PAWL: se torganizza ġita għal Kemmuna nhar l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu. Id-dgħajsa titlaq mill-Imġarr fil-5.30p.m. Mal-wasla, għawma fil-Blue Lagoon, appetizers, għawm u BBQ (chicken/pork). Nirritornaw fil-11.00p.m. Il-prezz tal-kbar €25 u tat-tfal €15. Għal aktar dettalji tistgħu ċċemplu fuq 99803133 / 99821364 / 79306476. Titilfux din il-lejla mill-isbaħ. L-istess għaqda se torganizza wkoll majjalata nhar il-Ħadd 26 ta’ Awwissu fis-7.00p.m. fi Ġnien il-Kunsill. Il-prezz tal-kbar €12 u tat-tfal (taħt l-10 snin) €6. Ikun hemm il-mużika live minn Freddie Portelli (il-Gozo Boy). Biex tibbukkjaw ċemplu fuq 99803133 / 99821364 / 79306476.
L-GĦAQDA ARMAR DIĊEMBRU 13: se torganizza Country Night BBQ fi Ġnien il-Kunsill nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Awwissu fis-7.30p.m. Mistiedna speċjali Marisa D’Amato. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-kumitat jew ċemplu fuq 99101957 / 79279305. Ingħaqdu magħna u tieħdu gost żgur.
S’issa 314 persuna taw €50 għall-bini taċ-Ċentru
Ħdud u Festi: 5:15am; 6:30am; 8:00am; 9:15am; 10:30am; 11:45am; 5:00pm; 7.00pm. Matul il-Ġimgħa: 5:15am; 6:00am; 7:00am; 7:45am; 9:00am; 5:30pm; 7:15pm. Is-Sibt filgħaxija: 6:00pm; 7:30pm SORIJIET: 6:30am; il-Ħadd: 6:15am; 10:15am (bl-Ingliż) KNISJA TAL-QALB TA’ ĠESÙ: 11:30am; il-Ħadd: 7:00amKAPPELLA TA’ KENUNA: il-Ħadd: 7.15am.
ĦIN TAL-QUDDIES
Meta konna fl-iskola primarja kienu jirrakkontawlna dik l-
istorja li tgħid li xħin ġie s-sajf, in-nemlu ġabar l-ikel għax-xitwa
filwaqt li l-werżieq qagħad jgħanni u ma ħaseb għalxejn. Ġiet l-
ewwel xita fl-aħħar tas-sajf u n-nemel inġabar f’daru jiekol minn
dak li ġabar. Il-werżieq tkaxkar mal-wied.
It-tagħlima hija ovvja. Fil-ħajja trid tħejji ruħek, sewwa għall-
istat tal-ħajja u anke għal-
laqgħa mal-Mulej. Il-ħajja
tagħna l-bnedmin tant hija
prezzjuża li biha nistgħu
nwettqu tant proġetti u anke
nistgħu ninvestu fil-futur ma’ Alla. Huwa faċli li ninsew dan u
jiġrilna bħas-sultan. Isimgħu storja oħra:
Filgħaxija wara ċ-ċena s-sultan sejjaħ lill-buffu tiegħu biex
idaħħqu ftit. Il-buffu qasmu bid-daħq lis-sultan. Tant ħa pjaċir is-
sultan li qala’ l-kuruna minn fuq rasu u taha lill-buffu tiegħu.
Qallu, “Din il-kuruna tiha biss lil xi ħadd li jkun buffu aktar
minnek”. Għaddew is-snin u s-sultan
kien agunija fis-sodda. Il-buffu mar
jarah. Is-sultan, bejn nifs u ieħor qal lill-
buffu, “Sejjer fuq l-aħħar vjaġġ u nħoss
li ma ħejjejt xejn għall-vjaġġ”. Qallu l-
buffu, “Mela hu din il-kuruna għax sibt
buffu ikbar minni. Bniedem li se jivjaġġa
mingħajr ma ħejja xejn għall-vjaġġ”.
Nitgħallmu min-nemla u mill-buffu.
L-Arċipriet
TGĦALLMU MIN-NEMLU
top related