st pauls bay aquarium outing

Post on 28-May-2015

285 Views

Category:

Documents

7 Downloads

Preview:

Click to see full reader

TRANSCRIPT

Ħarġa lejn San Pawl il-Baħar u

l-Akkwarju Nazzjonali.

Rapport tat-temp:

Xemxi, ftit sħun b’daqxejn

riħ

Dħalna fit-Torri ta’ Wignacourt. Hemm tgħallimna li a) Wignacourt kien Granmastrub) It-torri inbena minħabba l-Furbani

Torok.c) Dawn kienu jiġu Malta biex jaħtfu u

jisirqu lin-nies u jagħmluhom ilsiera.d) Wignacourt bena t-torri mill-flus

tiegħu stess. e) It-torri kellu sodda, kċina u loki

żgħir.

•Is-Sur Martin ta’ Din l-Art

Ħelwa kellimna fuq it-

Torri

•L-ewwel ġebla ta’ dat-torri tqiegħdet minn Wignacourt stess nhar l-10 ta’ Frar, Jum San Pawl.

Kien hemm ħafna ritratti antiki u ritratti tal-kitba ta’ Wignacourt. Kemm kien jikteb pulit!

It-Torri kellu taraġ li bih kont titla’ l-ewwel sular. Fuq l-ewwel sular insibu sodda, fejn isajru u fejn jagħmlu tojlit. Insibu ukoll tieqa għall-kanun, mapep, u xkubetti.

Rajna l-Gżejjer ta’ San Pawl.

Dritti dritti taparsi s-suldati tat-torri

U bdejna l-ewwel akkwarju li jinsab ħdejn ir-restorant.

Iiiii ara! Ħamiema l-Baħar!

Dil-ħuta ħasbet li ser intuha tiekol.

Il-ħut ġew jaraw lit-tfal. Minjaf

jaħsbux li aħna qegħdin ġo

akkwarju bħalma huma huma?

Żiemel il-baħar. Ir-raġel iwelled

liż-żgħar u jrabbihom.

Qarnita ġiet tgħidilna ‘Ħelow!’

Tgħidx kemm damet ixxejjer bi tmien saqajn!

U Kelb il-Baħar żgħir.

Tgħid ngħidulu Ġeru l-Baħar?

Il-Ħamiem il-Baħar u l-Klieb il-Baħar.

Leopard Eel, tip ta’ Morina. It-tfal innutaw il-

kamuflaġ.

Il-Qroll. Il-Qroll ħuwa annimal. L-istess grupp tal-bram u l-artikli

tal-baħar.

Moo! Longhorn Cowfish. Din tħobb tgħix viċin il-Qroll.

Regal Tang u Yellow Tang, Dawra durella, qabża żigarella.

Stilla tal-Baħar. Hemm żewġ tipi. Meta naraw waħda minn dawn, ma mmissuhomx. Kemm hu sabiħ il-Baħar! Jekk irridu baħar ħaj u nadif, kemm biex nieklu kif ukoll biex nieħdu gost, hemm bżonn nibżgħu għalih u nżommuh nadif.

Kwieti kwieti nilgħaqu x-

xemx li ħarġet titbissem għalina.

top related