ninu cremona, lingwista u kittieb (1880-1972)...

1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] NINU CREMONA, lingwista u kittieb (1880-1972) N inu Cremona twieled ir-Rabat Għawdex fis-27 ta’ Mejju 1880 minn Feliċ u Margaret Pace imwielda l-Munxar. Missieru miet meta Ninu kellu tliet snin, u sentejn wara mar jgħix ma’ zijuh f’Tuneż. Hemmhekk ħa l-edukazzjoni egħu fl-iskola tal-Freres u fil-kulleġġ St. Charles. Meta kellu tmien snin ġie lura Malta u kompla l-edukazzjoni egħu s-Seminarju ta’ Għawdex u tal-Furjana, fejn iltaqa’ mal- poeta Dun Karm Psaila. Fl-1900 Cremona daħal skrivan mal-Gvern u fl-1904 sar Speur tas-Sanità wara kors fl-Ashton School of Hygene fl-Università ta’ Liverpool. Fl-1928 sar l-editur responsabbli għat-traduzzjonijiet u pubblikazzjonijiet kollha tal-Gvern. Cremona kien jgħallem il-Mal fil-klassijiet ta’ filgħaxija u fl-1936 sar l-ewwel għalliem tal-Mal fil-Liċeo. Kien ukoll eżaminatur tal-Mal fl-Università. Cremona kien ukoll wieħed mill-Fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal- Malti, illum magħrufa bħala l-Akkademja tal-Malti. Għamel żmien Viċi-President tagħha u wieħed mill-edituri ta’ Il-Malti , ir-rivista tal-Għaqda. Fl-1925 ippublika esej dwar l-istudju tal- ilsien Malti bis-suġġett X’inhu l-Malti Safi. Fl-1934 ippublika wkoll grammatika tal-Malti bl-isem ta’ Tagħlim fuq il-Kitba Maltija. Diversi kitbiet tiegħu jixhdu l-interess kontinwu tiegħu fil-lingwa, fil-folklor u fl-istorja. Kiteb xi bijografiji, drammi fosthom Il-Fidwa tal-Bdiewa, poeżiji u proża. Ninu Cremona miet fl-4 ta’ Jannar 1972, ta’ 92 sena. ir-rebbiegħa is-sajf il-ħarifa ix-xitwa NOTA: L-ismijiet tax-xhur u tal-jiem tal-ġimgħa jinkitbu b’ira KBIRA filwaqt li l-ismijiet tal-istaġuni jinkitbu b’ira żgħira. Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Seembru Oubru Novembru Diċembru L-ISTAĠUNI, ix-XHUR u l-ĠRANET tal-ĠIMGĦA il-Ħadd it-Tnejn it-Tlieta l-Erbgħa il-Ħamis il-Ġimgħa is-Sibt [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected]

Upload: others

Post on 22-Jun-2020

9 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: NINU CREMONA, lingwista u kittieb (1880-1972) Nkitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_4.pdf · Fl-1925 ippublika esej dwar l-istudju tal-ilsien Malti is-suġġett X’inhu

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

NINU CREMONA, lingwista u kittieb (1880-1972)

N inu Cremona twieled ir-Rabat Għawdex fis-27 ta’ Mejju 1880 minn Feliċ u Margaret Pace imwielda l-Munxar. Missieru miet meta Ninu kellu tliet snin, u sentejn wara mar jgħix ma’ zijuh f’Tuneż. Hemmhekk ħa l-edukazzjoni tiegħu

fl-iskola tal-Freres u fil-kulleġġ St. Charles. Meta kellu tmien snin ġie lura Malta u kompla l-edukazzjoni tiegħu s-Seminarju ta’ Għawdex u tal-Furjana, fejn iltaqa’ mal-poeta Dun Karm Psaila.

Fl-1900 Cremona daħal skrivan mal-Gvern u fl-1904 sar Spettur tas-Sanità wara kors fl-Ashton School of Hygene fl-Università ta’ Liverpool. Fl-1928 sar l-editur responsabbli għat-traduzzjonijiet u pubblikazzjonijiet kollha tal-Gvern. Cremona kien jgħallem il-Malti fil-klassijiet ta’ filgħaxija u fl-1936 sar l-ewwel għalliem tal-Malti fil-Liċeo. Kien ukoll eżaminatur tal-Malti fl-Università.

Cremona kien ukoll wieħed mill-Fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum magħrufa bħala l-Akkademja tal-Malti. Għamel żmien Viċi-President tagħha u wieħed mill-edituri ta’ Il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda. Fl-1925 ippublika esej dwar l-istudju tal-ilsien Malti bis-suġġett X’inhu l-Malti Safi. Fl-1934 ippublika wkoll grammatika tal-Malti bl-isem ta’ Tagħlim fuq il-Kitba Maltija. Diversi kitbiet tiegħu jixhdu l-interess kontinwu tiegħu fil-lingwa, fil-folklor u fl-istorja. Kiteb xi bijografiji, drammi fosthom Il-Fidwa tal-Bdiewa, poeżiji u proża.

Ninu Cremona miet fl-4 ta’ Jannar 1972, ta’ 92 sena.

ir-r

eb

bie

għa

is-s

ajf

il-ħ

ari

fa

ix-x

itw

a

NOTA: L-ismijiet tax-xhur u tal-jiem

tal-ġimgħa jinkitbu b’ittra KBIRA filwaqt li

l-ismijiet tal-istaġuni jinkitbu b’ittra żgħira.

Jannar Frar Marzu

April Mejju Ġunju

Lulju Awwissu Settembru

Ottubru Novembru Diċembru

L-ISTAĠUNI, ix-XHUR u l-ĠRANET tal-ĠIMGĦA

il-Ħadd it-Tnejn it-Tlieta

l-Erbgħa il-Ħamis il-Ġimgħa

is-Sibt

leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]